2020-22: Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa Jħaffu l-Piż


Is-Summit dwar il-Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa

Il-messaġġ tal-Kampanji dwar il-Postijiet tax-Xogħol li jġibu ’l quddiem is-Saħħa huwa — Is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol jirrigwardaw lil kulħadd. Tajjeb għalik. Tajjeb għan-negozju. Aħna ngħinuk tippromwovi dan billi nħejju gwidi prattiċi u għodda disponibbli bla ħlas. Kull kampanja tinkludi wkoll il-Premjijiet ta’ Prattika Tajba u l-Premju tal-Films dwar il-Postijiet tax-Xogħol li jġibu ’l quddiem is-Saħħa.

Il-kampanji issa huma l-ikbar tax-xorta tagħhom fid-dinja. Għaliex ma tingħaqadx magħna u tuża s-Sett ta’ għodod tal-Kampanja tal-OSH online tagħna biex torganizza l-kampanja tiegħek stess?

Il-Kampanji dwar il-Postijiet tax-Xogħol li jġibu ’l quddiem is-Saħħa ilhom jiġu organizzati mill-2000, qabel taħt it-titolu “Ġimgħat Ewropej tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol”.

Fl-aħħar nett, l-Aġenzija ppreżentat il-Kampanja dwar il-Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa 2020-22 li jmiss, li se tibda f’Ottubru 2020 li l-għan tagħha hu s-sensibilizzazzjoni dwar l-importanza li jiġu evitati r-riskji ta’ disturbi muskoloskeletali relatati max-xogħol (MSDs).