Kif jistgħu jiġu mmaniġġjati s-sustanzi perikolużi?
Trid tinħoloq kultura ta’ prevenzjoni biex is-saħħa ħażina, il-korrimenti u l-imwiet ikkawżati bis-sustanzi perikolużi fil-postijiet tax-xogħol madwar l-Ewropa jiġu evitati b’suċċess. Kull min hu involut irid ikun konxju tar-riskji u jkun impenjat biex jimmaniġġjahom u jevitahom.
- Inżidu s-sensibilizzazzjoni: dan huwa essenzjali.Kull persuna fuq il-post tax-xogħol trid tkun konxja tas-sustanzi perikolużi, tar-riskji li jikkawżaw u ta’ kif jitnaqqsu jew jiġu eliminati r-riskji.
- Valutazzjoni tar-riskju: dan hu l-ewwel pass lejn il-prevenzjoni. L-impjegaturi, il-maniġers u l-ħaddiema għandhom ikunu involuti. Ir-riskji kkawżati mis-sustanzi perikolużi, ħafna drabi huma kumplessi u jridu jiġu kkunsidrati diversi fatturi meta jkunu qed jiġu identifikati dawn ir-riskji.Il-valutazzjonijiet tar-riskju jridu wkoll jinżammu aġġornati - billi l-ambjenti tax-xogħol jinbidlu, kif ukoll jinbidel il-potenzjal ta’ espożizzjoni għal sustanzi perikolużi.
- Leġiżlazzjoni: din tistabbilixxi r-responsabbiltajiet legali tal-impjegaturi biex jipproteġu lill-ħaddiema minn sustanzi perikolużi.L-impjegaturi għandhom ijunu jafu sewwa tali leġiżlazzjoni, li tinkludi ġerarkija ta’ miżuri ta’ prevenzjoni.
- Għodod prattiċi u gwida: dawn jgħinu lin-negozji jimmaniġġjaw is-sustanzi perikolużi fuq livell prattiku.Ħafna tali għodod u eżempji ta’ prattiki tajba huma disponibbli fuq is-sit web tal-Kampanja dwar il-Postijiet tax-Xogħol li jġibu ’l quddiem is-Saħħa.