2020-22: Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa Jħaffu l-Piż


Sommarju tal-Kampanja

Il-kampanja qajmet sensibilizzazzjoni dwar id-disturbi muskoloskeletali (MSDs) relatati max-xogħol u l-ħtieġa li dawn jiġu ġestiti u li tiġi promossa kultura ta’ prevenzjoni tar-riskju.

Il-kampanja kienet strutturata madwar tmien oqsma ta’ prijorità, fejn kull wieħed minnhom ikopri suġġett speċifiku relatat mal-MSDs: Il-Prevenzjoni, il-Fatti u ċ-ċifri, Kundizzjonijiet kroniċi, ix-Xogħol sedentarju, id-Diversità tal-ħaddiema, il-Ġenerazzjonijiet futuri, ir-Riskji psikosoċjali u t-Telexogħol.

Il-punti fokali nazzjonali, is-sħab uffiċjali tal-kampanja, in-network tal-EEN u l-SLIC kienu xprunaturi ewlenin, billi organizzaw avvenimenti u attivitajiet b’attendenza tajba u qassmu pubblikazzjonijiet u materjali tal-kampanja lis-27 Stat Membru tal-UE u lil hinn.

Il-punti ewlenin tal-kampanja kienu jinkludu l-Ġimgħat Ewropej annwali għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol, il-kompetizzjoni Nru 15 tal-Premjijiet ta’ Prattika Tajba, avvenimenti ta’ skambju ta’ prattika tajba kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f’dak tal-UE u finalment is-Summit dwar il-Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa.

Vidjo tal-kampanja 2020-22 – Disturbi muskoloskeletali