Riżorsi tal-Kampanja
Firxa wiesgħa ta’ materjali u riżorsi ġew ippubblikati matul din il-Kampanja dwar il-Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa u ħafna mir-riżorsi tagħha huma disponibbli f’25 lingwa.
Hemm firxa sħiħa ta’ materjal promozzjonali għad-dispożizzjoni tiegħek, inklużi l-gwida tal-kampanja, fuljetti, materjal awdjoviżiv u preżentazzjonijiet dwar is-suġġett tal-kampanja.
Rapporti, noti ta’ politika u skedi ta’ informazzjoni jippreżentaw ir-riċerka l-aktar reċenti u jistiednu għal qari ulterjuri u studju approfondit tas-suġġett.
Aqra l-inizjattivi ta’ politika u l-eżempji ta’ prattika tajba tagħna u tgħallem kif oħrajn qed jappoġġaw is-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol.