Dwar it-tema


Min għandu jinvolvi ruħu fil-promozzjoni ta' ħajja professjonali sostenibbli?

L-importanti hu l-involviment ta' kulħadd - impjegaturi, maniġers u ħaddiema - biex naħdmu flimkien sabiex noħolqu ambjent professjonali sikur u b'saħħtu għal kulħadd.

Il-maniġers għandhom iħallu lill-ħaddiema jqajmu l-kwistjonijiet u jħeġġuhom biex isibu soluzzjonijiet. Maniġer tajjeb jispira u jimmotiva l-ħaddiema, jifhem il-ħiliet u d-dgħufijiet tagħhom, u jħeġġiġhom biex jaħdmu lejn għanijiet komuni. Ambjent ta' sostenn, fejn il-moral huwa għoli u ħaddiema avvanzati fl-età u żgħażagħ fi ħdan intrapriża jikkooperaw u jikkomunikaw sew bejniethom, huwa vitali.

Billi jaqsmu l-għarfien tagħhom tal-post tax-xogħol mal-impjegaturi u maniġers, il-ħaddiema jistgħu jgħinu biex jidentifikaw il-problemi u jsibu u jimplimentaw soluzzjonijiet. Il-konsultazzjoni mal-ħaddiema - u għalhekk il-ħolqien ta' klima b' u rispett - hija essenzjali għall-ġestjoni b'suċċess tar-riskji.

Kooperazzjoni bejn l-immaniġġjar tar-riżorsi umani (HR) u dawk responsabbli għas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol (OSH) hija b'mod partikolari importanti fir-rigward tal-indirizzar tal-isfidi ppreżentati mit-tixjieħ u forza tax-xogħol diversa. Politiki tal-HR - pereżempju fuq bilanċ fil-ħajja professjonali, ħin tax-xogħol, tagħlim tul il-ħajja u żvilupp tal-karriera - għandhom impatt kbir fuq is-saħħa u s-sigurtà. Għaldaqstant, huwa kruċjali li l-politiki tal-HR jappoġġjaw l-immaniġġjar tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għal kull grupp ta’ età, waqt li jitqiesu l-karatteristiċi, il-ħtiġijiet u l-motivazzjonijiet tal-impjegati kollha.