2018-19: Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa Jimmaniġġjaw is-Sustanzi Perikolużi


Riżorsi tal-kampanja

Diversi għodod prattiċi u materjali ta’ informazzjoni ġew prodotti biex jippromwovu l-kwistjoni u jgħinu lin-negozji jidentifikaw faċilment ir-riskji u jiġġestixxuhom b’mod effettiv. Matul il-kampanja, il-materjali kienu mqassma fl-Ewropa kollha u ħafna minnhom, inkluża l-gwida tal-kampanja, huma disponibbli b’25 lingwa. Il-prodotti ewlenin jinkludu għodda elettronika interattiva għas-sustanzi perikolużi, li tipprovdi informazzjoni ta’ sfond u pariri prattiċi mfassla individwalment dwar it-tikkettar, ir-rekwiżiti legali u l-miżuri ta’ prevenzjoni, u bażi tad-data ta’ aktar minn 1,000 għodda għall-ġestjoni ta’ sustanzi perikolużi.