Dwar it-tema


Il-każ ta' negozju għal ħajja professjonali sostenibbli

Prattiki ta' amministrazzjoni tajba għas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol (OSH), kif ukoll is-salvagwardja tal-ħaddiema u li jiġu ssodisfati l-obbligi legali, jista' jkollhom benefiċċji sinifikanti:

  • forza tax-xogħol b'saħħitha, produttiva u motivata, li tippermetti kumpaniji u organizzazzjonijiet oħrajn biex jibqgħu kompetittivi u innovativi;
  • il-ħiliet siewja u l-esperjenza tax-xogħol jinżammu fi ħdan l-organizzazzjoni permezz tat-trasferiment tal-għarfien u ġabra akbar ta' talenti u ħiliet;
  • rati aktar baxxi ta’ liv minħabba mard u assenteiżmu jwasslu għal inqas spejjeż marbutin ma’ diżabbiltà minħabba x-xogħol u produttività aqwa għall-organizzazzjonijiet;
  • livelli iktar baxxi ta' tibdil tal-persunal;
  • ambjent tax-xogħol li jippermetti lill-impjegati ta’ kull età jilħqu l-potenzjal tagħhom;
  • benesseri aħjar fuq il-post tax-xogħol.

Immaniġġjar tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol fil-kuntest ta' forza tax-xogħol li qed tixjieħ mhux biss itejjeb is-saħħa u l-ħajja ta' kuljum tal-ħaddiema individwali. Jista' jtejjeb il-produttività u l-kost-effikaċja ta' organizzazzjoni.