Is-Summit dwar il-Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa
Esperti Ewropej ewlenin u dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet inġabru f’Bilbao fit-3–4 ta’ Diċembru 2025 għal konferenza ta’ jumejn biex jirriflettu dwar l-eżiti tal-Kampanja Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa “Xogħol sigur u li jippromwovi s-saħħa fl-era diġitali 2023–2025”. Huma kkondividew għarfien dwar l-opportunitajiet u r-riskji li t-teknoloġiji diġitali jġibu magħhom fuq il-post tax-xogħol.
L-aktar mument speċjali kien iċ-ċerimonja tal- Premjijiet ta’ Prattika Tajba għal Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa li ċċelebrat inizjattivi eċċellenti li jużaw it-teknoloġija b'mod responsabbli biex itejbu s-sigurtà, is-saħħa u l-benesseri.
Is-Summit kien ukoll opportunità biex tiġi ppreżentata u diskussa l-kampanja li jmiss bejn l-2026 u l-2028: Flimkien għas-Saħħa Mentali fuq il-Post tax-Xogħol.
Is-sommarju tal-konferenza, ir-reġistrazzjonijiet tas-sessjonijiet, il-preżentazzjonijiet u r-ritratti kollha issa jinsabu disponibbli.