Sħab
Ara min kienu s-sħab tal-kampanja uffiċjali u s-sħab tal-midja involuti f’din il-kampanja.
Sħab uffiċjali tal-kampanja
Il-kumpaniji u l-assoċjazzjonijiet mis-settur privat u dak pubbliku ngħaqdu magħna fil-Kampanja dwar il-Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa. Is-sħab tal-kampanja jgħinu biex jippubbliċizzaw l-importanza tas-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol permezz ta’ varjetà ta’ attivitajiet, inklużi konferenzi, seminars u sessjonijiet ta’ taħriġ. L-involviment ma’ organizzazzjonijiet fuq skala kbira jista’ jkun partikolarment effettiv, peress li dan ifisser li l-messaġġi tagħna jistgħu jilħqu intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju permezz tal-katini ta’ provvista li għandhom dawk l-organizzazzjonijiet kbar.
Ara l-lista sħiħa
Sħab tal-midja
Is-sħab tal-midja tagħna jaħdmu magħna għas-sensibilizzazzjoni dwar is-suġġetti tal-kampanja, permezz tal-mezzi varji tagħhom biex jirreklamaw u jippromwovu l-kampanja. Dawn jiffurmaw ġabra esklussiva ta’ ġurnalisti u edituri mill-midja Ewropea, nazzjonali u reġjonali interessati fil-promozzjoni tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.
Ara l-lista sħiħa
Punti fokali
Il-punti fokali, f’aktar minn 30 pajjiż, jikkoordinaw u jxerrdu l-informazzjoni mill-Aġenzija fil-pajjiżi individwali tagħhom, u jipprovdu feedback u rakkomandazzjonijiet. Filwaqt li huma tipikament l-organizzazzjoni ewlenija tal-OSH fil-pajjiżi rispettivi tagħhom, huma r-rappreżentanti uffiċjali tal-Aġenzija fil-livell nazzjonali. Dawn jikkontribwixxu għall-iżvilupp tas-servizzi ta’ informazzjoni u l-attivitajiet tal-kampanja tal-Aġenzija. Minbarra l-Istati Membri tal-UE, ġew stabbiliti wkoll punti fokali fil-pajjiżi tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) u fil-pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali tal-UE.
Dettalji ta’ kuntatt
In-netwerk EEN
In-Netwerk Enterprise Europe (EEN) huwa netwerk immexxi mill-Kummissjoni Ewropea u huwa strument ewlieni fl-istrateġija tal-UE biex tingħata spinta lit-tkabbir u l-impjiegi. Waqt li jiġbor fi ħdanu madwar 600 organizzazzjoni li jappoġġaw lin-negozju minn 50 pajjiż, l-EEN jgħin lill-kumpaniji żgħar jaħtfu l-opportunitajiet tan-negozju eċċezzjonali fis-Suq Uniku tal-UE.
Il-Kampanja dwar il-Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa tikkostitwixxi qasam importanti ta’ kooperazzjoni bejn l-Aġenzija u l-EEN, u l-Ambaxxaturi tal-EEN OSH huma involuti b’mod attiv fil-promozzjoni ta’ din il-kooperazzjoni.
Dettalji ta’ kuntatt