In-Netwerk Enterprise Europe (EEN) huwa netwerk immexxi mill-Kummissjoni Ewropea u huwa strument ewlieni fl-istrateġija tal-UE biex tingħata spinta lit-tkabbir u l-impjiegi. Waqt li jiġbor fi ħdanu madwar 600 organizzazzjoni li jappoġġaw lin-negozju minn 50 pajjiż, l-EEN jgħin lill-kumpaniji żgħar jaħtfu l-opportunitajiet eċċezzjonali tan-negozju fis-suq uniku tal-UE.
L-EEN ilu mill-2009 jikkoopera mal-EU-OSHA fir-rigward tas-sensibilizzazzjoni tal-OSH fost l-SMEs u l-mikrointrapriżi. Biex iwettaq dan il-kompitu, l-EEN jaħtar Ambaxxaturi tal-OSH fil-livell ta’ pajjiż.
Il-Kampanja dwar il-Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa tikkostitwixxi qasam importanti ta’ kooperazzjoni bejn l-Aġenzija u l-EEN, u l-Ambaxxaturi tal-OSH huma involuti b’mod attiv fil-promozzjoni ta’ din il-kooperazzjoni.