Dwar il-kampanja


Merħba għall-Kampanja Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddeim is-Saħħa – l-akbar inizjattiva fl-Ewropa għall-promozzjoni tas-sigurtà u s-saħħa fuq il post tax-xogħol!

 

Il-messaġġ tagħna huwa sempliċi iżda qawwi:

promozzjoni tal-icoIs-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol jikkonċernaw lil kulħadd.

Tajjeb għalik, tajjeb għan-negozju.

Kull tliet snin, niffukaw fuq suġġett ewlieni tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol – mill-ġestjoni tar-riskji u l-prevenzjoni ta' inċidenti sal-appoġġ tax-xogħol sostenibbli matul il-karrieri tan-nies.

Aħna niżguraw li ħadd ma jitħalla lura. In-negozji ż-żgħar u l-ħaddiema vulnerabbli jinsabu fil-qalba tal-isforzi tagħna.

 

X’jagħmel lil din il-kampanja speċjali?

Kemm jekk int impjegatur, ħaddiem, responsabbli għall-politika, professjonist tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OSH) jew organizzazzjoni kummerċjali, hemm xi ħaġa għalik fil-kampanja.

 

Kif nilħqu l-post tax-xogħol?

Il-kollaborazzjoni mas-sostenituri fl-Ewropa kollha hija l-magna wara s-suċċess tal-kampanja.

Naħdmu ma’ network inkredibbli ta’ sostenituri madwar l-Ewropa — inklużi l-punti fokali nazzjonali tagħna, is-sħab uffiċjali tal-kampanja, is-sħab tal-media, l-ambaxxaturi tal-EEN u tal-OSHVET, is-sħab soċjali Ewropej, l-istituzzjonijiet tal-UE (speċjalment il-Presidenzi tal-Kunsill), u aġenziji oħra tal-UE. Flimkien, jgħinuna nkunu konnessi ma’ postijiet tax-xogħol ta’ kull daqs u settur.

 

Lest biex tieħu azzjoni?

Involvi ruħek illum...

Għax post tax-xogħol li jġib ’il quddiem is-saħħa jibda bik!