X’irid isir?
Il-kampanja qed iżżid is-sensibilizzazzjoni dwar ir-riskji psikosociali fil-post tax-xogħol u l-impatt tagħhom fuq in-nies u l-organizzazzjonijiet.
L-għan huwa li l-ewwel tiġi promossa l-prevenzjoni, billi jitħeġġu l-evalwazzjonijiet tar-riskju u l-prattiki ta’ ġestjoni tajba, kif ukoll tiġi enfasizzata l-importanza li jiġu involuti l-ħaddiema.
Barra minn hekk, din il-kampanja għandha l-għan li turi li r- u r-riskji fiżiċi huma interkonnessi. Għalhekk, il-kampanja tirrakkomanda wkoll approċċ olistiku għas- fuq il-post tax-xogħol, filwaqt li tenfasizza l-importanza li l-ġestjoni tar-riskju psikosoċjali tintrabat mal-approċċ usa’ meħud dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.
Prijorità oħra ta’ din il-kampanja hija li jiġu enfasizzati s-setturi li huma partikolarment vulnerabbli għar- , bħas-settur tas-saħħa u tal-kura soċjali,u s-setturi li fihom dawn ir-riskji għandhom it-tendenza li jiġu sottovalutati, bħas-settur tal-kostruzzjoni u tal-agrikoltura, pereżempju.