Għal informazzjoni aktar dettaljata dwar is-sorsi u d-definizzjonijiet tat-termini fil-glossarju tar- , jekk jogħġbok, ara dan il-fajl
A
Awtonomija tal-impjieg
tirreferi għal kemm il-ħaddiema jistgħu jinfluwenzaw kif iwettqu xogħlhom. Din tista’ tkun relatata pereżempju ma’ metodi ta’ ħidma u ppjanar.
Awtostigma
L- tirreferi għas-sitwazzjoni fejn individwu stigmatizzat ikun internalizza l-attitudnijiet u l-attribuzzjonijiet negattivi bħala parti mill-identità tiegħu.
B
Bullying (jew fastidju)
Normalment imwettaq minn individwi fi ħdan l-organizzazzjoni, il-fastidju huwa proċess eskalatorju li jinvolvi tentattivi ripetuti ta’ theddid, intimidazzjoni, li ma jagħmlux ġieħ, jew umiljazzjoni ta’ kollega wieħed jew aktar. L-awtur fuq il-post tax-xogħol jista’ jkun superviżur, kollega, subordinat, klijent, u jista’ jkun kwalunkwe persuna li magħha jiġi f’kuntatt ħaddiem minħabba xogħlu.
Burnout (Eżawriment)
Sindromu li jirriżulta minn stress kroniku relatat max-xogħol, b’sintomi kkaratterizzati minn tliet elementi: sentimenti ta’ tnaqqis ta’ enerġija jew ta’ eżawriment; żieda fid-distanza mentali mill-impjieg, jew sentimenti ta’ negattiviżmu jew ċiniżmu relatati mal-impjieg ta’ dak li jkun; u tnaqqis fl-effikaċja professjonali.
D
Dipressjoni
hija disturb mentali komuni. Tinvolvi burdata dipressa jew telf ta’ pjaċir jew telf ta’ interess f’attivitajiet għal perjodi twal ta’ żmien. Id- hija differenti mill-bidliet regolari fil-burdata u s-sentimenti dwar il-ħajja ta’ kuljum. (Id- hija magħrufa wkoll bħala “disturb dipressiv”).
Diversità fuq il-post tax-xogħol
Id-diversità tirreferi għall-preżenza ta’ differenzi f’ambjent partikolari. Fuq il-post tax-xogħol, dan jista’ jfisser varjetà ta’ karatteristiċi personali, inklużi r-razza, l-etniċità, il-ġeneru, l-età, l-orjentazzjoni sesswali, ir-reliġjon, l-istatus ta’ diżabilità, l-isfond soċjoekonomiku, u l-livell ta’ edukazzjoni. Post tax-xogħol divers huwa marbut mill-qrib mal-inklużjoni. Filwaqt li d-“diversità” hija dwar min, l-“inklużjoni” hija dwar kif, ara wkoll > .
E
Evalwazzjoni tar-riskji psikosoċjali
L-identifikazzjoni sistematika ta’ fuq il-post tax-xogħol u l-evalwazzjoni tal-potenzjal tagħhom li jikkawżaw korriment jew ħsara, li jirriżultaw f’deċiżjonijiet dwar jekk jistgħux jiġu eliminati u, jekk le, liema miżuri preventivi jew protettivi huma fis-seħħ u għandhom ikunu fis-seħħ biex jikkontrollaw ir-riskju.
F
Fastidju (jew bullying)
Normalment imwettaq minn individwi fi ħdan l-organizzazzjoni, il-fastidju huwa proċess eskalatorju li jinvolvi tentattivi ripetuti ta’ theddid, intimidazzjoni, li ma jagħmlux ġieħ, jew umiljazzjoni ta’ kollega wieħed jew aktar. L-awtur fuq il-post tax-xogħol jista’ jkun superviżur, kollega, subordinat, klijent, u jista’ jkun kwalunkwe persuna li magħha jiġi f’kuntatt ħaddiem minħabba xogħlu.
Fastidju morali (Mobbing)
Normalment imwettaq minn individwi fi ħdan l-organizzazzjoni, il-fastidju morali huwa proċess eskalatorju li jinvolvi tentattivi ripetuti minn grupp ta’ ħaddiema biex jheddu, jintimidaw, ixejnu, jew jumiljaw kollega wieħed jew aktar. Il-fastidju morali fuq il-post tax-xogħol jista’ jinbeda mis-superviżuri, mill-kollega, mis-subordinati jew mill-klijenti, jiġifieri minn kwalunkwe persuna li magħha ħaddiem jiġi f’kuntatt minħabba xogħlu. Filwaqt li l-EU-OSHA tiddefinixxi “mobbing” fis-sens tal-oriġini Ingliża bħala li ġej minn grupp ta’ aggressuri (ġejjin minn folla), f’ħafna pajjiżi Ewropej “mobbing” jintuża bħala ekwivalenti għal fastidju/bullying.
Fastidju sesswali (fuq il-post tax-xogħol)
Kwalunkwe forma ta’ mġiba verbali, mhux verbali jew fiżika mhux mixtieqa ta’ natura sesswali li sseħħ bl-iskop jew bl-effett li tkisser id-dinjità ta’ persuna, b’mod partikolari meta jinħoloq ambjent intimidanti, ostili, degradanti, umiljanti jew offensiv.
Fatturi psikosoċjali
Elementi tat-tfassil u l-immaniġġjar tax-xogħol u l-kuntesti soċjali u organizzazzjonali tiegħu, pereżempju d-domandi emozzjonali, l-ammont ta’ xogħol, l-appoġġ soċjali.
I
Id-disturbi mentali
huma kkaratterizzati minn disturb klinikament sinifikanti fil-konjizzjoni, fir-regolamentazzjoni emozzjonali, jew fl-imġieba ta’ individwu. Dawn normalment ikunu assoċjati ma’ diffikultà jew ma’ insuffiċjenza f’oqsma ta’ funzjonament importanti.
Il-prestazzjoni tax-xogħol
tindika kemm ħaddiem individwali jirnexxilu fit-twettiq tax-xogħol ta’ kuljum b’mod li jgħin lill-organizzazzjoni tilħaq l-għanijiet tagħha.
K
Kontroll tar-riskji psikosoċjali
Proċess ta’ trattament proattiv tal- fuq il-post tax-xogħol, li jibda mit-tħejjija u mill-implimentazzjoni tal-evalwazzjoni tar- , l-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-miżuri rispettivi u r-rieżami tal-miżuri għall-iżgurar ta’ adattament u titjib kontinwi tal-interventi.
Kultura organizzazzjonali
Sett ta’ valuri, twemmin, tifsira u aspettattivi kondiviżi li jsawru kif in-nies jaħdmu u jinteraġixxu fi ħdan organizzazzjoni. Din tinfluwenza l-komunikazzjoni, it-teħid tad-deċiżjonijiet u l-ambjent tax-xogħol ġenerali
M
Miżuri individwali
F’termini ta’ prevenzjoni ta’ , il- jirreferu għal miżuri li jindirizzaw u jappoġġjaw lill-individwu b’kuntrast mal-aspetti organizzazzjonali jew tekniċi li qed jinbidlu. jistgħu jirreferu għal taħriġ dwar kif għandhom jiġu ttrattati klijenti diffiċli, korsijiet ta' konoxxenza, taħriġ, aċċess għal pariri kunfidenzjali, eċċ.
Miżuri organizzazzjonali
Fil-kuntest tal-OHS, il- jirreferu għall-bidla fl-aspetti organizzazzjonali, fil-proċessi tax-xogħol u fit-tfassil tal-impjiegi biex tiġi minimizzata l-ħsara potenzjali għall-ħaddiema. F’termini ta’ , possibbli huma l-kjarifika tar-responsabbiltajiet u l-kompiti, struzzjonijiet ċari, skedi tax-xogħol flessibbli, rotazzjoni tax-xogħol, titjib tal-arranġamenti ta’ sostituzzjoni, it-tiswir tal- , eċċ.
N
Newrodiversità
tirreferi għall-idea li l-bnedmin kollha għandhom profili konjittivi, kapaċitajiet newroloġiċi u punti pożittivi u sfidi diversi, li għandhom jiġu rikonoxxuti u rispettati.
P
Perikli psikosoċjali
Aspetti negattivi tal- li jistgħu jaffettwaw b’mod negattiv is-saħħa tal-ħaddiema u eżiti organizzazzjonali oħra, pereżempju awtonomija baxxa jew appoġġ soċjali batut.
Post tax-xogħol psikoloġikament f’saħħtu u sikur
Post tax-xogħol li jippromwovi l-benesseri psikosoċjali tal-ħaddiema u jaħdem b’mod attiv biex jipprevjeni ħsara lis-saħħa psikoloġika u fiżika tal-ħaddiema inkluż b’modi negliġenti, imprudenti, jew intenzjonali.
Postijiet tax-xogħol inklużivi
Post tax-xogħol inklużiv huwa wieħed li jiżgura li kull ħaddiem iħossu apprezzat u rikonoxxut għall-kontribuzzjonijiet uniċi tiegħu, filwaqt li jirrispetta wkoll id-differenzi u d-diversità tal-ħaddiema. Il- huma bbażati fuq miżuri proattivi biex jeliminaw il-preġudizzju, id-diskriminazzjoni, u l-opportunitajiet mhux ugwali u jadattaw għall-kapaċità ta’ kull ħaddiem.
Preżenteiżmu
Tirreferi għal meta xi ħadd imur għax-xogħol minkejja li jkun marid jew imweġġa’, filwaqt li l-kundizzjoni tiegħu ma tħallihx iwettaq prestazzjoni effettiva u/jew sikura.
Programmi ta’ ritorn għax-xogħol
Programmi li huma mfassla biex itejbu l-kapaċità tal-ħaddiema li jirritornaw għax-xogħol u jibqgħu fl-impjieg wara perjodu ta’ assenza minħabba mard, li jinvolvu kombinazzjoni ta’ kura medika, riabilitazzjoni, u interventi u appoġġ iffukati fuq ix-xogħol.
Promozzjoni tas-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol
Il-Promozzjoni tas-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (WHP, Workplace Health Promotion) hija l-isforzi kkombinati tal-prinċipal, tal-ħaddiema u tas-soċjetà biex itejbu s-saħħa u l-benesseri tal-persuni fuq il-post tax-xogħol.
Dan jista’ jinkiseb permezz ta’ kombinazzjoni ta’:- titjib tal-organizzazzjoni tax-xogħol u tal-ambjent tax-xogħol
- promozzjoni ta’ parteċipazzjoni attiva, u
- inkoraġġiment tal-iżvilupp personali.
Promozzjoni tas-saħħa mentali
Għandha l-għan li tippromwovi s- pożittiva billi żżid il-benesseri psikoloġiku, il-kompetenza u r-reżiljenza, u billi toħloq kundizzjonijiet u ambjenti ta’ għajxien ta’ appoġġ. Il-promozzjoni tas- fuq il-post tax-xogħol tinkludi inizjattivi pprovduti mill-prinċipal biex tittejjeb is- tal-ħaddiema.
R
Riskji psikosoċjali
Il-potenzjal ta’ li jikkawżaw ħsara psikoloġika, soċjali jew fiżika. Meta nirreferu għal , għalhekk niffokaw fuq kif il- jistgħu jissarrfu f'impatti attwali fuq is-saħħa tal-ħaddiema u r-riżultati organizzazzjonali.
S
Saħħa mentali
Stat ta’ benesseri li fih l-individwu jwettaq il-kapaċitajiet tiegħu jew tagħha stess, jista’ jlaħħaq mal-istress normali tal-ħajja, jista’ jaħdem b’mod produttiv u li jħalli l-frott, u jista’ jikkontribwixxi għall-komunità tiegħu jew tagħha
Stigma tas-saħħa mentali
L-istigma tas- hija meta n-nies jiġu ġġudikati, esklużi jew ittrattati b’mod inġust minħabba li jkunu qed jesperjenzaw kwistjonijiet ta’ . Din l-istigma spiss ikollha l-għeruq tagħha f’nuqqas ta’ fehim, biża’ jew sterjotipi, u tista’ twassal għal sentimenti ta’ mistħija u diskriminazzjoni.
Stress relatat max-xogħol
L-istress relatat max-xogħol jista’ jiġi definit bħala mudell ta’ reazzjonijiet emozzjonali, konjittivi, ta’ mġiba u fiżjoloġiċi għal aspetti avversi u noċivi tal-kontenut tax-xogħol, tal-organizzazzjoni tax-xogħol u tal-ambjent tax-xogħol. Huwa stat ikkaratterizzat minn livelli għoljin ta’ tqanqil u ta’ dwejjaq u ħafna drabi minn sentimenti li persuna tħossha li mhux qed tlaħħaq.
Suwiċidju relatat max-xogħol
huwa suwiċidju li jew ġie kkawżat mix-xogħol jew li x-xogħol ikkontribwixxa għalih.
V
Vjolenza minn partijiet terzi
Il- tinvolvi atti ta’ aggressjoni fiżika jew psikoloġika/verbali mwettqa minn individwi minn barra l-kumpanija, mhux mill-kollegi.