Is-Summit dwar il-Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa
Is-Summit dwar il-Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa 2017 sar fil-21 u t-22 ta’ Novembru 2017 fiċ-Ċentru tal-Konferenzi Euskalduna f’Bilbao, fi Spanja.
L-avveniment ġab flimkien esperti u persuni li jieħdu d-deċiżjonijiet ewlenin Ewropej biex jiddiskutu r-riżultati tal-kampanja dwar il-Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa għall-Etajiet Kollha fuq perjodu ta' sentejn. Fil-plenarja u sessjonijiet paralleli iżgħar, il-parteċipanti skambjaw prattiki tajbin u esploraw strateġiji futuri biex tiġi żgurata ħajja tax-xogħol sostenibbli fl-intrapriżi Ewropej.
Is-suġġetti tal-workshop kienu jinkludu: “prattiki tajbin għall-promozzjoni ta’ postijiet tax-xogħol sostenibbli”; “riabilitazzjoni u lura għax-xogħol”; “l-20 sena ta’ Napo — is-sieħeb versatili tagħna fil-promozzjoni tal-OSH”; u “skambju ta’ prattika tajba fl-OSH — l-aqwa 10 snin tas-sħubija fil-kampanja tal-EU-OSHA”.
Finalment, l-Aġenzija tat ukoll preżentazzjoni qasira tal-Kampanja li ġejja dwar il-Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa, 2018-19, li għandha titnieda f’April 2018, li l-għan tagħha hu s-sensibilizzazzjoni dwar l-importanza li jiġu evitati riskji minn sustanzi perikolużi.
Reġistrazzjoni bil-vidjo tas-sessjonijiet