Il-proġett OSHVET tal-EU-OSHA għandu l-għan li jżid is-sensibilizzazzjoni dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol (OSH) fost l-għalliema u l-istudenti fl-edukazzjoni u fit-taħriġ vokazzjonali (VET), u jipprovdi informazzjoni prattika u riżorsi fil-livelli reġjonali u nazzjonali.
Il-proġett għandu l-għan li jibni network estensiv billi jikkapitalizza fuq in-networks eżistenti tal-punti fokali nazzjonali tal-EU-OSHA u l-organizzazzjonijiet sħab Ewropej bħall-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Istituti għat-Taħriġ Vokazzjonali (EVBB), il-Forum Ewropew għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Tekniku u Vokazzjonali (EfVET) u l-Assoċjazzjoni Ewropea għat-Taħriġ Vokazzjonali (EVTA).