Dwar it-tema


L-ispirazzjoni għall-kampanja

Bejn l- 2013 u l- 2015, l-EU-OSHA mexxiet proġett pilota Ewropew intitolot"Xogħol aktar sigur u aktar b'saħħtu f'kull età. Il-proġett investiga politiki u strateġiji eżistenti maħsuba biex jindirizzaw il-bidla demografika, bl-għan li jtejbu l-iskambju ta' prattika tajba u jassistu fl-iżvilupp ta' politiki futuri fil-kuntest ta' forza tax-xogħol li qiegħda tixjiħ. Irriżultaw għadd ta' rapporti dwar is-suġġetti li ġejjin:

  • Saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol (OSH) u tixjiħ;
  • Riabilitazzjoni;
  • Analiżi ta' politiki, programmi u strateġiji li jindirizzaw it-tixjiħ tal-forza tax-xogħol;
  • Rapport finali tal-proġett;

Ir-rapporti jistgħu jiġu aċċessati hawnhekk.