Dwar is-suġġett


Għaliex huwa importanti?

Il-postijiet tax-xogħol li jġibu ’l quddiem is-saħħa jibbenefikaw lil kulħadd – mill-ħaddiema u n-negozji sal-klijenti u s-soċjetà kollha kemm hi.

Jekk il-ħaddiema jħossuhom appoġġati u apprezzati, huma aktar probabbli li jlaħħqu mad-domandi tax-xogħol u għalhekk ikunu aktar produttivi. Min-naħa tagħha, is-soċjetà hija aktar probabbli li tibbenefika minn inqas assenzi minħabba l-mard, spejjeż aktar baxxi tal-kura tas-saħħa, u komunitajiet aktar b’saħħithom.

Iżda l-Istħarriġ dwar l-OSH Pulse tal-2025 jiżvela tħassib ċar. Ħafna ħaddiema jgħidu li l-impjiegi tagħhom jaffettwaw is-saħħa tagħhom b’mod negattiv:

  • 37 % tal-ħaddiema jesperjenzaw għeja ġenerali;
  • 29 % jesperjenzaw stress, jew ansjetà.

Huwa għalhekk importanti li jiġu identifikati, ipprevenuti u ġestiti r- fuq il-post tax-xogħol biex jittejjeb il-benesseri mentali fuq il-post tax-xogħol.