Għaliex it-tixjieħ b'saħħtu fuq il-post tax-xogħol huwa daqshekk importanti?
Benefiċċji sinifikanti għall-ħaddiema u impjegaturi jistgħu jinkisbu permezz tal-indirizzar tal-ostakoli għal ħajja professjonali sostenibbli. Billi jiġu segwiti prattiki tal-immaniġġjar tajbingħas-saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol (OSH) , is-saħħa tal-popolazzjoni kollha li taħdem, minn dawk li għadhom fil-bidu għas-suq tax-xogħol sa dawk li daqt jieħdu l-pensjoni, tista' titjieb.
Kwart tal-ħaddiema jirrapportaw li x-xogħol tagħhom jaffettwa s-saħħa tagħhom u li huma ma jkunux kapaċi jagħmlu l-istess xogħol meta jkollhom 60. Madankollu, r-riskji tal-OSH jistgħu jiġu indirizzati, u dan jirriżulta f'ambjent tax-xogħol aktar sikur, li jġib aktar 'il quddiem is-saħħa u aktar ġust għal kulħadd.
Finalment, sfidi relatati ma' tibdil demografiku jistgħu jikkawżaw problemi għall-kumpaniji u organizzazzjonijiet, minn nuqqas ta' xogħol għal nuqqasijiet ta' ħaddiema mħarrġa u tħassib dwar il-produttività u l-assenteiżmu. Madankollu, billi jissodisfaw l-obbligi legali tagħhom u jippromwovu prattiki tax-xogħol li jġibu 'l quddiem is-saħħa għall-etajiet kollha, l-impjegaturi għandhom aktar ċans li jaraw nuqqas fit-tibdil tal-persunal u titjib fil-produttività.