Dwar xiex inhi?
L-evidenza turi li xogħlijietna jistgħu jkollhom impatt pożittiv u negattiv fuq is-saħħa mentali.
Il-Kampanja dwar il-Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa 2026-2028 “Flimkien għas-saħħa mentali fuq il-post tax-xogħol” għandha l-għan li żżid is-sensibilizzazzjoni dwar l-impatt tar-riskji psikosoċjali, biex turi l-importanza tal-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskji psikosoċjali u tippromwovi l-ħolqien ta’ ambjenti tax-xogħol ta’ appoġġ, inklużivi u tajbin għas-saħħa mentali fis-setturi kollha.
Il-kampanja hija parti mill-viżjoni tal-UE għal postijiet tax-xogħol aktar siguri u li jġibu aktar ’il quddiem is-saħħa. Hija allinjata bis-sħiħ ma’:
- il-qafas Strateġiku dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol 2021–2027 u l-inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea għal Impjiegi ta’ Kwalità Usa’; u
- l-Approċċ tal-Kummissjoni Ewropea għas-Saħħa Mentali
Ingħaqad magħna biex ngħinu lil dawk li jiffurmaw il-postijiet tax-xogħol jidentifikaw, jipprevjenu u jimmaniġġjaw ir-riskji psikosoċjali.