Ibqa’ konness mal-Kampanja dwar il-Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa!
Qatt ma kien daqshekk faċli li żżomm ruħek aġġornat(a) mal-attivitajiet u l-avvenimenti tagħna. Kemm jekk inti utent ta’ Twitter, Facebook jew LinkedIn, #EUhealthyworkplaces iwassallek stadji importanti li jmiss, avvenimenti u riżorsi ta’ ispirazzjoni tal-kampanja biex jgħin jintroduċi s-suġġett fl-attivitajiet tiegħek ta’ sensibilizzazzjoni.
Ingħaqad issa ma’ EU-OSHA fuq Facebook, LinkedIn u Twitter, u segwi l-kanal YouTube tagħna.
Jekk inti interessat(a) li tara ritratti mill-avvenimenti tagħna, sibhom kollha fuq Flickr.
Kun proattiv(a) billi tikkondividi l-kontenut tal-kampanja fuq il-media soċjali. Agħmel użu mill-kitt tal-media soċjali tagħna u għinna nxerrdu l-importanza tal-prevenzjoni u l-protezzjoni tal-ħaddiema.