Sett ta’ għodod tal-kampanja

Artiklu tal-midja

Adattat għal:

It-tipi kollha ta’ organizzazzjonijiet.

X’inhi?

Test li persuna tikteb u tissottometti lil pubblikazzjoni interessata fis-suġġett.

Benefiċċji

  • Jekk miktub tajjeb, l-artiklu jista’ jiġi ppubblikat f’titolu ewlieni li jipprovdilek ħafna qarrejja potenzjali.
  • Il-ġurnalisti jistgħu jitolbuk aktar materjali jew ikunu interessati jorganizzaw intervista ma’ xi ħadd mill-organizzazzjoni tiegħek.

Limitazzjonijiet

  • Il-ġurnalisti jirċievu ħafna testi kuljum. Għalhekk l-artiklu tiegħek għandu bżonn jispikka sew f’termini taʼ kwalità biex jiġbed l-attenzjoni taʼ ġurnalist.

X’jagħmel artiklu miktub tajjeb?

  • Ikteb artiklu li inti tkun tixtieq taqra.
  • Agħżel il-pubblikazzjonijiet bir-reqqa. Iffoka fuq dawk li l-partijiet ikkonċernati u l-udjenza fil-mira tiegħek x’aktarx li jaqraw.
  • Evita r-reklamar fl-artikli tiegħek. Ħadd ma jrid jaqra reklam meta jkun qed jistenna li jaqra artiklu informattiv.
  • Investi f’kittieb tajjeb:
    • Iċċekkja r-riżorsi interni. Jekk għandek xi ħadd li huwa tajjeb ħafna biex jikteb l-artikli, qabbad lilu. Jekk le, ikkunsidra li tqabbad ġurnalist freelance estern biex jiktbu għalik.
    • Artiklu li jkun miktub b’mod monotonu jew li jkun tekniku wisq se jtellef l-iskop tal-eżerċizzju.
  • Inkludi l-informazzjoni ta’ kuntatt tiegħek fil-linja fejn tiffirma jew tikteb ismek.

Kif tissottometti l-artiklu biex jiġi ppubblikat

  • Ibgħat l-artiklu tiegħek lill-pubblikazzjonijiet li tkun għażilt.
  • Jista’ jkun ukoll ta’ vantaġġ li tagħżel titlu ewlieni u li l-artiklu jiġi offrut fuq bażi “esklussiva”. F’suq kompetittiv, ħafna gazzetti jridu joffru lill-qarrejja tagħhom xi ħaġa li l-ebda pubblikazzjoni oħra ma tista’ tagħmel.