Sett ta’ għodod tal-kampanja

Kampanji - ġenerali

Adattat għal:

It-tipi kollha ta’ organizzazzjonijiet.

X’inhi?

Kampanja hija pjan ta’ azzjoni organizzat biex jintlaħaq għan partikolari. Din normalment tuża serje ta’ għodod ta’ komunikazzjoni biex tikkondividi messaġġ u tqajjem kuxjenza dwar suġġett. Kwalunkwe għodda jew l-għodod kollha li jidhru fis-sett ta’ għodod jistgħu jintużaw biex jiffurmaw parti minn kampanja.

Benefiċċji

  • Żid is-sensibilizzazzjoni dwar il-problemi tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol (OSH), inklużi l-kawżi tagħhom, fost il-maniġers, l-impjegati u l-persuni li jagħtuhom pariri dwar dawn il-kwistjonijiet, pereżempju l-professjonisti mediċi.
  • Ipprovdi soluzzjonijiet prattiċi permezz ta’ “mudelli ta’ prattika tajba”.
  • Żid l-għarfien tal-forza tax-xogħol ta’ legiżlazzjoni rilevanti u inkoraġġixxi lill-organizzazzjonijijet biex ikunu konformi ma’ dan.
  • Wissi lin-nies dwar riskji ġodda u s-soluzzjonijiet possibbli.
  • Ikseb appoġġ għal bidliet fil-leġiżlazzjoni jew fil-linji gwida.
  • Poġġi lill-organizzazzjoni tiegħek bħala awtorità tal- OSH u sieħeb ta’ valur.

Limitazzjonijiet

  • Tista’ tiswa l-flus/tieħu l-ħin biex titmexxa

  • Huwa diffiċli biex jintlaħqu gruppi iżgħar

L-ingredjenti għal kampanja ta’ suċċess

Messaġġ b’saħħtu u għanijiet ċari huma l-bażi proprja ta’ kull kampanja. Dawn jgħinuk tiddetermina lil min għandek tkellem (udjenza fil-mira) u kif tista’ tilħaqhom bl-aħjar mod, jiġifieri liema għodod tal-kampanja għandek tuża. Bħal kważi kull impenn ieħor, kampanja teħtieġ kontribut suffiċjenti f’termini ta’ sforz u motivazzjoni biex tkun verament ta’ suċċess.