Sett ta’ għodod tal-kampanja

Konferenza stampa

Adattat għal:

It-tipi kollha ta’ organizzazzjonijiet.

X’inhi?

Konferenza għall-istampa sservi biex tikkomunika aħbarijiet importanti (eż. it-tnedija tal-kampanja) marbuta ma’ organizzazzjoni jew kumpanija u tinvolvi l-parteċipazzjoni ta’ ġurnalisti u rappreżentanti tal-kumpanija/organizzazzjoni. L-avveniment joffri lill-ġurnalisti forum interattiv biex isiru jafu dwar l-organizzazzjoni u l-kampanja tiegħek.

Benefiċċji

  • Tippermettilek tipprovdi lil ġurnalisti ħafna aktar informazzjoni milli permezz ta’ stqarrija għall-istampa u
  • Tipprovdi lill-ġurnalisti l-opportunità li jistaqsu mistoqsijiet u jorganizzaw intervisti.

Limitazzjonijiet

  • L-organizzazzjoni ta’ konferenza stampa tista’ tinvolvi spejjeż konsiderevoli (il-kiri ta’ post, eċċ.).

Kif tippjana l-konferenza stampa tiegħek

Ippjana minn qabel u kkunsidra dan li ġej:

  • Aħseb minn qabel dwar kwistjonijiet prattiċi bħall-post u r-riżorsi (skrivanija, podju, kelliema, mikrofoni, eċċ.)
  • Ara li tkun taf xi trid tħabbar
  • Ara li tkun taf lil min trid tinvolvi sabiex iżżid l-influwenza u l-kredibbiltà tal-messaġġ tiegħek. Xi ħadd mill-organizzazzjoni tiegħek għandu jkun wieħed mill-kelliema, possibbilment kelliem anzjan u li jokkupa pożizzjoni għolja.
  • Ipprepara lista ta’ mistoqsijiet u tweġibiet għall-kelliema tiegħek
  • Ipprepara minn qabel l-affarijiet kollha li se jitqassmu: dossiers għall-istampa, rigali, eċċ Tħallix dan għall-aħħar minuta!

Skedar

  • Alloka siegħa u agħti spazju lil żewġ kelliema ewlenin jew tlieta
  • Konferenzi stampa filgħodu jew kmieni wara nofsinhar huma l-aktar effettivi. Il-ġurnalisti għandhom it-tendenza li jippreżentaw l-istejjer tagħhom filgħaxija u mhux se jkollhom il-ħin biex jattendu għal konferenza stampa.
  • Evita li torganizza konferenza stampa nhar ta’ Ġimgħa peress li xi gazzetti jkollhom ċiklu tal-aħbarijiet differenti matul tmiem il-ġimgħa.

Kif tibgħat l-istedina

Tista’ tibgħat kmieni lill-midja magħżula messaġġ biex tħalli d-data libera, possibbilment ġimagħtejn qabel il-konferenza, iżda ibgħat l-istedina propja ġimgħa qabel, u tfakkira ta’ malajr il-jum ta’ qabel.