Sett ta’ għodod tal-kampanja

Vjaġġ għall-istampa

Adattat għal:

Organizzazzjonijiet medji sa kbar

X’inhi?

Vjaġġ tal-ġurnalisti joffrilhom il-possibbiltà li jiksbu esperjenza diretta ta’ post jew ta’ sitwazzjoni partikolari. Fil-kampanji tas-Saħħa u Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, il-vjaġġi tal-ġurnalisti huma ta’ spiss organizzati biex dawn ikunu jistgħu jmorru u jżuru fabbriki u kumpaniji tal-aħjar prattika.

Benefiċċji

  • Vjaġġ tal-ġurnalisti jippermetti lill-ġurnalisti jkollhom esperjenza diretta ta’ post jew ta’ sitwazzjoni partikolari.
  • Il-ġurnalisti jkunu jridu jiġbru l-fatti huma stess, jistaqsu mistoqsijiet u jħobbu jkollhom “stejjer” x’jirrakkontaw ibbażati fuq eżempji reali.

Limitazzjonijiet

  • L-organizzazzjoni ta’ vjaġġ għall-istampa tinvolvi spejjeż akbar minn modi oħra ta’ komunikazzjoni.
  • L-organizzazzjoni tal-vjaġġ tista’ tieħu ħafna ħin ukoll.

Kif tipprepara l-vjaġġ

Meta tkun qed tipprepara l-vjaġġ:

  • Agħżel l-istudju/l-istudji tal-każ tiegħek jew l-iskop tal-vjaġġ.
  • Agħżel il-post.
  • Ipprovdi informazzjoni minn qabel lill-ġurnalisti dwar il-vjaġġ u l-programm biex tiżgura li l-ġurnalisti tiegħek huma lesti.

Lil min tistieden

  • Agħżel il-midja li tixtieq tistieden. Aħseb fl-istampa reġjonali u l-istampa tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol l-aktar speċjalizzata.
  • Agħżel mill-inqas 8 ġurnalisti iżda mhux aktar minn 15-il ġurnalist. Mhux numru daqsekk limitat li l-ispejjeż organizzattivi jsiru proporzjonalment għoljin wisq u mhux numru daqshekk kbir li jagħmel il-ġestjoni individwali tal-midja diffiċli.
  • Staqsi lill-midja bil-quddiem lil min jixtiequ jintervistaw u pprova organizza lil dawk li jattendu kif xieraq.
  • Agħżel in-nies li se tiltaqa’ magħhom biex tintervistahom. Il-vjaġġ tiegħek għandu jagħti lill-midja l-opportunità li titkellem ma’ persuni li għandhom pożizzjonijiet differenti ħafna sabiex jippreżentaw storja bbilanċjata. Pereżempju, għal żjara ġo fabbrika, tista’ tqiegħed f’kuntatt lill-ġurnalisti ma’ maniġer, membru tal-persunal u speċjalista tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol.