Sett ta’ għodod tal-kampanja

Dossier għall-istampa

Adattat għal:

It-tipi kollha ta’ organizzazzjonijiet.

X’inhi?

Dossier għall-istampa huwa pakkett ta’ informazzjoni ppreparat sabiex jingħata lill-ġurnalisti.

Benefiċċji

  • Tista’ tuża dossier għall-istampa għal konferenza stampa jew għal kwalunkwe laqgħa li torganizza li tinvolvi l-midja (laqgħat, fieri kummerċjali u wirjiet, konferenzi, workshops, eċċ.).

Limitazzjonijiet

  • Jekk tikkunsidra li tipprepara, pereżempju, DVD jew stikek USB, dan jista’ jinvolvi aktar spejjeż.

Oġġetti li għandek tinkludi

Id-dossier għall-istampa għandu jinkludi:

  • Stqarrija għall-istampa.
  • Folja ta’ informazzjoni dwar l-isfond tal-kampanja tiegħek.
  • Bijografiji qosra u kwotazzjonijiet ta’ kelliema u ambaxxaturi tal-proġett (jekk ikun hemm minnhom).
  • DVD jew stikka USB b’xi stampi jew vidjo dwar il-kampanja tiegħek.
  • Business card tal-kelliem għall-kampanja.
  • Ma tistax tinkludi d-dettalji kollha tal-kampanja tiegħek iżda jeħtieġ li tinkludi l-informazzjoni ewlenija biex tgħin lill-ġurnalist jifhem il-kwistjonijiet ċentrali:
    • Dejjem agħmel li tista’ biex ikollok data fattwali u fatti.
    • Ipprova inkludi eżempji prattiċi jew studji tal-każ.

L-informazzjoni li tagħti għandha tkun aġġornata, fattwali, preċiża, komprensiva u ppreżentata tajjeb.

Kif tippreżenta d-dossier għall-istampa

  • L-aħjar mod biex tippreżenta d-dossiers għall-istampa huwa f’folder li jinkludi l-immarkar standard tal-organizzazzjoni tiegħek jew li jista’ jkun speċifiku għall-kampanja.
  • Tista’ tinkludi wkoll verżjoni online tad-dossier għall-istampa fuq is-sit web tiegħek, li idealment titpoġġa fit-taqsima tal-midja.