Sett ta’ għodod tal-kampanja

Reklamar

Adattat għal:

Organizzazzjonijiet medji sa kbar.

X’inhi?

“Artiklu forma ta’ reklam” huwa reklam miktub fil-forma ta’ artiklu oġġettiv, u ppreżentat f’pubblikazzjoni stampata, normalment imfassla biex tidher qisha aħbarijiet legittimi u indipendenti. Differenza ewlenija bejn editorjali regolari u artiklu forma ta’ reklam hija li l-klijenti ġeneralment ikollhom l-approvazzjoni tal-kontenut tal-“artikli forma ta’ reklami”, lussu ġeneralment mhux ipprovdut b’editorjali regolari.

Benefiċċji

  • Ġeneralment in-nies jemmnu xi ħaġa aktar jekk jaqrawha f’artiklu. Billi ma jkunux diretti ħafna (jiġifieri bir-“reklamar”), in-nies jassumu li din hija opinjoni li ġejja minn pubblikazzjoni li jirrispettaw.
  • Sabiex tinżamm din id-dehra ta’ imparzjalità inti għandek tevita akkost ta’ kollox li tissottometti artiklu li jinqara b’mod ċar bħal reklam.

Limitazzjonijiet

  • Artiklu f’forma ta’ reklam li jfisser li inti għandek tħallas għalih.
  • Il-qarrejja jistgħu jkunu xettiċi dwar il-kontenut jekk jindunaw li dan huwa artiklu f’forma ta’ reklam.
  • L-ispiża tiddependi mill-pubblikazzjoni li tagħzel.

Formati

Artikli f’forma ta’ reklami jistgħu jkunu:

  • Stampati u ppreżentati bħala taqsima sħiħa ta’ gazzetta
  • Inklużi bl-istess mod f’gazzetta bħal reklamar informattiv u kontenut mhux editorjali ieħor.

Kif tgħaqqad l-artiklu f’forma ta’ reklam

  • Agħżel il-pubblikazzjonijiet li huma speċjalizzati u li huma essenzjali għall-udjenza fil-mira tiegħek.
  • Investi fil-kittieb tiegħek. Kun żgur li għandek kittieb intern eċċellenti li jkun imdorri jikteb għall-pubblikazzjonijiet, jew qabbad lil ġurnalist freelance biex jikteb l-artiklu tiegħek.

Kif tippubblika l-artiklu f’forma ta’ reklam

  • Meta tkun qed tagħżel il-kwistjoni li tixtieq tinkludi fl-artiklu tiegħek, ikkunsidra ż-żmien tas-sena u kemm huwa probabbli li l-udjenza fil-mira tiegħek taqra l-artiklu.
  • Dan huwa l-aktar effettiv meta n-nies ma jirrealizzawx li huwa reklam imħallas. Biex tevita sorpriżi mhux pjaċevoli, iċċekkja mal-pubblikazzjoni kif se jindikaw li dan mhuwiex artiklu li kitbu huma. Li jkollok miktub “reklam” b’ittri kbar fuq l-artiklu tiegħek mhux se jkun ta’ għajnuna għalik, għalhekk innegozja dan bil-quddiem.