Sett ta’ għodod tal-kampanja

Podcast

Adattat għal:

Organizzazzjonijiet medji sa kbar.

X’inhu?

Il-podcasts huma fajls awdjo diġitali li jistgħu jitniżżlu jew jinstemgħu online. Normalment xprunati mid-djalogu, il-podcasts huma mod b’saħħtu kif twassal il-messaġġ tal-kampanja tiegħek lil għadd impressjonanti ta’ semmiegħa madwar l-Ewropa u lil hinn minnha.

Benefiċċji

  • Permezz ta’ podcasts, l-organizzazzjonijiet jistgħu jżidu b’suċċess il-ħidma biex jintlaħqu n-nies u jinteraġixxu aktar ma’ udjenza interessata f’temi magħżula. Il-podcasts jistgħu wkoll jagħtu spinta lill-kontenut tas-sit web u lit-traffiku u jipprovdu kontenut kaptivanti għall-media soċjali.

Meta għandek tużah

• Biex tiddiversifika l-prodotti tal-media tal-organizzazzjonijiet. • Biex tagħti spinta lill-viżibbiltà ta’ temi ta’ importanza partikolari. • Biex iżżid l-interazzjoni tal-organizzazzjonijiet u biex tilħaq udjenzi ġodda. • Biex ixxerred informazzjoni dwar suġġett speċifiku.

Kif tista’ tużah?

Il-podcasts huma għodda utli biex tidħol aktar fil-fond f’suġġetti ta’ interess partikolari u li huma relatati mal-iskopijiet u l-qasam ta’ interess ta’ kull organizzazzjoni. Huwa essenzjali li tiddedika taqsima speċifika fuq is-sit web lill-podcasts, sabiex il-kontenut ikun faċilment disponibbli. Barra minn hekk, biex tieħu dak kollu li tista’ mill-podcast tiegħek tinsiex tippromwovih permezz tal-media soċjali tiegħek!

Kif tieħu dak kollu li tista’ mill-Podcast tiegħek

• Kun konsistenti! Episodji ta’ podcast għandhom jiġu rilaxxati regolarment. • Agħżel suġġetti konsistenti mal-mandat tal-organizzazzjonijiet u l-qasam ta’ interess. • Dejjem żomm f’moħħok l-udjenza fil-mira tiegħek! • Ġib mistednin fil-podcast peress li dan joffri esperjenza aktar varjata għas-semmiegħa.