Sett ta’ għodod tal-kampanja

Stqarrija għall-istampa

Adattat għal:

It-tipi kollha ta’ organizzazzjonijiet.

X’inhi?

Stqarrija għall-istampa hija avviż li tagħmel lill-istampa bl-għan li tiġġenera kopertura tal-midja. Essenzjalment hija talba lill-midja sabiex titkellem dwar kwistjoni jew biex tgħidilhom aħbarijiet li taħseb li huma ta’ interess. L-istqarrijiet għall-istampa huma element essenzjali għal kważi kull kampanja, speċjalment għat-tnedija.

Benefiċċji

  • Faċli biex tipproduċi u xxerred.
  • Tinkludi l-aktar informazzjoni importanti dwar il-kampanja tiegħek.
  • Meta tilħaq il-midja kruċjali, ħafna nies jistgħu jsiru jafu dwar il-kampanja tiegħek.

Limitazzjonijiet

  • Il-ġurnalisti jirċievu mijiet ta’ stqarrijiet għall-istampa kuljum għalhekk ifli l-lista ta’ indirizzi elettroniċi tiegħek biex tilħaq il-kuntatt rilevanti.

Ingredjenti għal stqarrija tal-aħbarijiet ta’ suċċess

Sabiex stqarrija għall-istampa tkun ta’ suċċess se jkollok bżonn:

  • Xi ħaġa reali x’tikkomunika; aħbarijiet, fatti u data.
  • Test li jiġbed l-attenzjoni tal-ġurnalist. Pereżempju, titlu tajjeb. Dan għandu jagħti stampa ċara u jkun jiġbed l-attenzjoni u dirett kemm jista’ jkun.
  • L-inklużjoni ta’ kwotazzjoni minn membru tal-organizzazzjoni tiegħek ta’ livell għoli jew speċjalista hija rakkomandata biex tagħti ħajja lill-istorja.
  • Isem ta’ kuntatt wieħed u preferibbilment numru tal-mowbajl.
  • Data tal-ħruġ.
  • Post tal-ħruġ.

Format

  • Il-paragrafu tal-ftuħ għandu jiġbor fil-qosor il-messaġġ ewlieni, u jinkludi min, għaliex, fejn u x’inhi tikkomunika l-istqarrija għall-istampa.
  • It-test li jifdal għandu jsaħħaħ il-messaġġ ewlieni u l-informazzjoni ewlenija li tappoġġah.
  • Il-ġurnalisti huma nies okkupati allura, fejn huwa possibbli, ipprova llimita t-test għal paġna waħda.

Kif tqassam l-istqarrija

  • Meta tqassam l-istqarrija huwa essenzjali li tagħmel lista tal-pubblikazzjonijiet u l-istazzjonijiet tar-radju/tat-TV li l-udjenzi fil-mira tiegħek x’aktarx jaqraw, jaraw jew jisimgħu, inklużi pubblikazzjonijiet kummerċjali u l-istampa lokali. Dan se jgħinek tidentifika l-ġurnalist individwali li x’aktarx se jindirizza s-suġġett tiegħek.
  • Dejjem ibgħat l-istqarrija tiegħek lil ġurnalist speċifiku, jekk iż-żmien jippermetti, ċemplilhom biex tara jekk irċevewhiex u jekk għandhomx bżonn informazzjoni addizzjonali.