Sett ta’ għodod tal-kampanja

Sħubija mal-midja

Adattat għal:

It-tipi kollha ta’ organizzazzjonijiet.

X’inhi?

Kooperazzjoni esklussiva bejn l-organizzazzjoni tiegħek u l-midja magħżula li ġġib magħha pubbliċità ta’ benefiċċju reċiproku.

Benefiċċji

  • It-twaqqif ta’ sħubija fil-midja jista’ jżid il-kredibbiltà kemm għall-isforzi tiegħek kif ukoll għas-sieħeb fil-midja tiegħek, permezz ta’ “approvazzjoni ta’ terza parti”.
  • Is-sħubijiet fil-midja huma wkoll soluzzjoni tajba għal organizzazzjonijiet b’livell baxx ta’ baġit għal kampanja.
  • Pereżempju, pubblikazzjoni f’kuntratt ta’ sħubija fil-midja hija aktar probabbli li tippubblika l-aħbarijiet u l-artikli tiegħek u inti tkun tista’ tibbenefika mill-qarrejja tagħhom.

Limitazzjonijiet

  • Il-midja tista’ tirċievi ħafna offerti taʼ sħubija. Għalhekk huwa importanti li jkollok proposta tajba għas-sieħeb potenzjali tiegħek sabiex l-offerta tiegħek tkun utli. Agħmel aktar enfasi fuq dak li s-sieħeb jista’ jieħu minnha u x’jista’ jkun il-valur miżjud ta’ din is-sħubija.

Lil min għandek tavviċina

L-ewwel aħseb sew dwar liema mezz ta’ komunikazzjoni huwa l-aktar probabbli li jgħin iwassal il-messaġġ tiegħek b’mod aktar effettiv u ppjana l-approċċ tiegħek b’attenzjoni. Pereżempju, jekk il-kampanja tiegħek għandha element viżwali ħafna, fittex sieħeb fil-qasam tat-televiżjoni.

X’għandek toffri

  • Aħseb dwar dak li tista’ toffri lis-sieħeb u dak li kieku tkun trid lura.
  • Hawn taħt huma inklużi xi eżempji taʼ x’tistaʼ toffri:
    • Esklussività tal-materjali tal-kontenut (stħarriġ, riċerki, stampi, vidjos)
    • Intervista esklussiva ma’ mexxej tal-organizzazzjoni tiegħek.
    • Esponiment tal-materjali ta’ promozzjoni tas-sieħeb waqt konferenzi/fieri.
  • Tista’ tinkludi wkoll il-logo tas-sieħeb fil-materjali u s-siti web ta’ promozzjoni tiegħek.

X’tistaʼ titlob lura?

  • Serje ta’ artikli jew intervista.
  • Programm tar-radju/tat-televiżjoni ddedikat lill-kampanja tiegħek.
  • Li l-materjal tiegħek jitpoġġa fuq is-sit web tas-sieħeb tal-midja tiegħek.

Kif tiffinalizza l-ftehim

Meta jintlaħaq qbil dwar l-idea, kun żgur li:

  • Tistabbilixxi ftehim bil-miktub li jiddikjara dak li kull wieħed jistenna mis-sħubija
  • Qassam ir-responsabbiltajiet biex tiżgura t-tmexxija tas-sħubija bla xkiel.