Adattat għal:
It-tipi kollha ta’ organizzazzjonijiet.
X’inhi?
Twitter huwa servizz ta’ networking soċjali u mikro-blogging b’xejn. Jippermetti lill-utenti jibagħtu “aġġornamenti” (jew “tweets”: posts ibbażati fuq test, sa 140 karattru) lis-sit web ta’ Twitter permezz ta’ servizz ta’ messaġġi qosra (eż. fuq mowbajl), messaġġi istantanji, mill-kompjuter tagħhom id-dar jew ix-xogħol, jew permezz ta’ applikazzjoni ta’ parti terza.
Benefiċċji
- Twitter, li bħala popolarità jiġi biss wara Facebook, huwa wieħed mis-servizzi ta’ networking soċjali l-aktar popolari.
- Huwa għodda tajba biex iżżomm lis-“segwaċi” tiegħek aġġornati bl-aħbarijiet l-aktar importanti tal-kampanja tiegħek.
Benefiċċji
- Twitter, li bħala popolarità jiġi biss wara Facebook, huwa wieħed mis-servizzi ta’ networking soċjali l-aktar popolari.
- Huwa għodda tajba biex iżżomm lis-“segwaċi” tiegħek aġġornati bl-aħbarijiet l-aktar importanti tal-kampanja tiegħek.
Limitazzjonijiet
- B’kuntrast ma’ Facebook, Twitter m’għandux ħafna għażliet biex ittella’ materjali. L-għodda prinċipali li għandek hija “tweet” qasira.
Kif toħloq profil
- Meta toħloq isem għall-profil tiegħek tista’ tuża l-isem tal-kumpanija jew il-blogg tiegħek - imbagħad isir magħruf bħala @companyname tiegħek.
- Tella’ l-logo tiegħek minflok ritratt - huwa aħjar li ma tużax l-avatar prestabbilit ta’ Twitter peress li n-nies jixtiequ jaraw min int.
- Inkludi URL biex tgħaqqad l-organizzazzjoni/il-kampanja tiegħek.
Kif tikkomunika permezz ta’ Twitter
- Segwi n-nies – organizzazzjonijiet oħra, lil dawk kollha li għandek xi interess personali fihom u malli tibda tuża Twitter se ssib aktar nies li tkun tixtieq issegwi.
- Kun konċiż: l-uniku mod ta’ komunikazzjoni hawnhekk huwa “tweets” qosra.
- Huwa għodda aktar informali għalhekk jinvolvi lingwa informali.
- Tinsiex taġġornah b’mod regolari.
- Tista’ tużah waqt l-avvenimenti tiegħek: pereżempju, persuna tista’ ttellgħa tweets f’ħin reali waqt konferenza stampa.
- Itfa’ links għall-paġna web tiegħek fit-tweets tiegħek (eż. link għall-aħħar stqarrija għall-istampa). Uża l-paġna bit.ly biex tqassarhom.
Tinsiex iżżid “hash tags” (“#”) mal-posts tiegħek. Trid iżżidhom mal-kliem ewlieni, eż. #OSH. Dan jippermetti lil utenti oħra jfittxu u jiffiltraw abbażi ta’ dawk it-termini ewlenin, jikkollaboraw u jikkondividu informazzjoni rilevanti.