Blogg
Adattat għal:
It-tipi kollha ta’ organizzazzjonijiet.
X’inhi?
Blog huwa tip ta’ sit web jew parti minn sit web. Il-blogs huma ġeneralment immexxija minn individwu b’entrati ta’ kummentarju, aħbarijiet, deskrizzjonijiet ta’ avvenimenti, eċċ. Blogs lokali u internazzjonali jistgħu jkunu influwenti ħafna u mimlija b’informazzjoni interessanti. Il-bloggers qegħdin isiru tassew ċelebritajiet online. L-opinjoni tagħhom hija importanti u leħinhom jinstema’. Għaldaqstant, il-possibbiltajiet li l-informazzjoni ppubblikata minn blogger popolari ssib reżonanza b’saħħitha fost il-qarrejja huma pjuttost għoljin.
Benefiċċji
- Tista’ tużah bħala “wiċċ informali” tal-organizzazzjoni tiegħek u tinteraġixxi mal-mistedin tal-blog.
- Il-kontenut tal-blog tiegħek jista’ jinbidel f’mezz b’saħħtu għall-kampanja tiegħek bi ftit jew l-ebda spejjeż għalik.
Limitazzjonijiet
- Effettivament blogg huwa paġna web addizzjonali li tieħu ħsiebha inti.
- Taf tkun ta’ sfida għalik biex tiġġestixxi pjattaformi tal-web differenti speċjalment peress li blogg jeħtieġ attenzjoni speċjali u jinvolvi l-użu ta’ lingwaġġ “ġurnalistiku”.
Kif jaħdmu l-bloggs?
- Il-biċċa l-kbira tal-bloggs huma interattivi, fejn jippermettu lill-qarrejja jtellgħu messaġġi bi tweġiba għal dak li raw.
- Il-bloggs jistgħu jiġu ospitati fuq is-sit web tal-organizzazzjoni tiegħek stess, jew fuq siti għall-bloggs (bħal Wordpress).
- Il-biċċa l-kbira tal-bloggs huma prinċipalment ibbażati fuq test, għalkemm xi wħud jiffukaw fuq l-arti, ir-ritratti, il-vidjos (vidjobloggjar), il-mużika u l-awdjo (podcasts).
Kif tieħu dak kollu li tista’ mill-blogg tiegħek
- Qabel ma tindirizza l-aspett tekniku, trid tiddefinixxi b’mod ċar l-iskop tal-blogg li se toħloq. Wieġeb il-mistoqsijiet:
- Dan se jkun informattiv?
- Divertenti?
- Kemm-il darba trid taġġornah?
- Min huwa l-grupp fil-mira?
- Ladarba twieġeb dawn il-mistoqsijiet, kun żgur li tqabbad lil xi ħadd biex ikun responsabbli mit-tmexxija tal-blogg u jaġġornah regolarment. Blogg tajjeb jieħu l-ħin; għalhekk huwa essenzjali li tkun taf min qed jieħu ħsieb il-blogg.
Kunsiderazzjonijiet prattiċi
Sib kumpanija li tospita l-bloggs.