Wikipedia
Adattat għal:
It-tipi kollha ta’ organizzazzjonijiet.
X’inhi?
Wikipedia hija enċiklopedija multilingwi b’xejn ibbażata fuq il-web. Is-17-il miljun artiklu tagħha nkitbu b’mod kollaborattiv minn voluntiera madwar id-dinja, u kważi l-artikli kollha tagħha jistgħu jiġu editjati minn kull min għandu aċċess għas-sit.
Benefiċċji
- Tista’ toħloq paġna informattiva għall-kampanja tiegħek mingħajr ħlas.
- Il-paġna tiegħek ta’ Wikipedia tista’ tattira aktar nies għal fuq is-sit web tal-kampanja/organizzazzjoni tiegħek.
Limitazzjonijiet
- Kun af li kulħadd jista’ jkollu aċċess biex jeditja dan.
- Il-post għandu jkollu l-għan li jinforma aktar milli jbigħ, u dan jista’ jdejjaq lill-qarrej.
Kif jista’ jintuża?
Tista’ żżid id-dettalji tal-organizzazzjoni tiegħek jew id-dettalji tal-kampanja tiegħek fuq Wikipedia.
X’għandek tinkludi
- Inkludi għarfien fattwali tal-kampanja, bħall-oriġini u l-isfond tagħha.
- Organizza l-entrata tiegħek f’Wikipedia bħala kapitli (eż. l-għanijiet tal-kampanja, data fattwali).
- Jekk toħloq paġna ddedikata għal kampanja, tista’ tagħmel kontroreferenza għal xi wħud mill-punti ewlenin tal-kampanja tiegħek ma’ paġni oħra ta’ Wikipedia (eż. paġni tas-sħab fil-kampanja tiegħek).