Adattat għal:
It-tipi kollha ta’ organizzazzjonijiet.
X’inhi?
LinkedIn huwa wieħed mill-akbar pjattaformi ta’ networking tan-negozju. Għandu aktar minn 52 miljun utent attiv mad-dinja kollha, nofshom fl-Istati Uniti u madwar 11-il miljun membru fl-Ewropa. Il-pjattaforma toffri li tagħmel kuntatti u tgħin lill-professjonisti jżommu lista ta’ konnessjonijiet.
Benefiċċji
- Hija għodda mill-aqwa biex iżżomm kuntatti professjonali u tippromwovi l-organizzazzjoni tiegħek.
Limitazzjonijiet
- Mhux is-servizzi u l-applikazzjonijiet kollha ta’ LinkedIn huma mingħajr ħlas.
Kif jista’ jintuża?
- Il-funzjonijiet bażiċi ta’ LinkedIn huma:
- Iż-żamma ta’ lista ta’ dettalji ta’ kuntatt u ta’ konnessjonijiet (konnessjonijiet diretti, konnessjonijiet tat-tieni u tat-tielet grad).
- It-tiftix għal impjiegi, nies u opportunitajiet ta’ negozju.
- Il-kondiviżjoni ta’ għarfien u ġbir ta’ pariri.
- Il-ġbir ta’ informazzjoni u data.
- Is-soċjalizzazzjoni.
- Il-promozzjoni permezz tal-parteċipazzjoni fi gruppi ta’ diskussjoni ta’ LinkedIn.
Kif toħloq preżenza fuq LinkedIn
- Oħloq paġna tal-kumpanija – il-paġna tal-kumpanija maħluqa mill-American Red Cross ġibdet eluf ta’ segwaċi. Tinsiex l-aspett tal-identità korporattiva tiegħek: uża l-logo tiegħek minflok stampa.
- Oħloq gruppi. Dawn huma għodda ta’ networking ta’ benefiċċju u mod tajjeb kif tespandi n-network tiegħek. Tinsiex tissieħeb biss fi gruppi li huma relatati mal-organizzazzjoni tiegħek, il-kumplament ġeneralment jistgħu jfixklu biss.
Ibni n-network tiegħek ta’ konnessjonijiet
- Fittex rakkomandazzjonijiet sinifikanti: karatteristika mill-aqwa ta’ LinkedIn hija l-kapaċità li jipprovdi rakkomandazzjonijiet. Dan huwa post fejn il-konnessjonijiet tiegħek jistgħu jikkummentaw dwar xogħlok. Tista’ titlob lil persuni jikkummentaw dwar l-attività tiegħek eż. is-sħab tal-kampanja tiegħek.
- Ħeġġeġ lill-persunal tiegħek biex joħloq profili mimilja kollha – Aktar ma l-profili tal-persunal tiegħek ikunu mimlija, aktar hemm probabbiltà li l-organizzazzjoni tiegħek tattira u tagħmel kuntatt mal-udjenzi kritiċi kollha tiegħek.
- Għal-finijiet tal-OSH tista’ tużah bħala għodda biex tagħmel kuntatt mal-partijiet ikkonċernati u s-sħab professjonali tiegħek.