Adattat għal:
It-tipi kollha ta’ organizzazzjonijiet.
X’inhi?
Facebook huwa pjattaforma soċjali li fi kliemu stess “jgħin lin-nies jikkomunikaw b’mod aktar effiċjenti mal-ħbieb, il-familja u l-kollegi tagħhom”. Għandu ’l fuq minn 500 miljun utent attiv madwar id-dinja.
Benefiċċji
- Facebook issa huwa wieħed mill-aktar pjattaformi soċjali popolari u jippermetti preżenza mingħajr ħlas.
- Huwa opportunità mill-aqwa biex tilħaq utenti li normalment ma jkunux interessati f’suġġetti tal-OSH. Jippermetti wkoll li l-messaġġ tal-kampanja tiegħek jinfirex malajr ħafna (bil-kundizzjoni li jkollok bażi ta’ ammiraturi kbira).
SUĠĠERIMENTI:
Tista’ tagħżel modi differenti ta’ kif tidher fuq Facebook, eż.:
- Paġna tal-avveniment
- Paġna tal-organizzazzjoni
- Profil privat
- Reklami ta’ Facebook
Tista’ toħloq paġna tal-organizzazzjoni tal-istituzzjoni tiegħek u paġna tal-avveniment għal avveniment li jkun għaddej matul il-kampanja.
Skont l-aħħar regoli ta’ Facebook, il-profili privati għandhom jinħolqu biss għal individwi.
Żomm f’moħħok min huma l-utenti ta’ Facebook. Il-maġġoranza tagħhom mhumiex speċjalisti fis-suġġetti tal-OSH.
Għalhekk evita lingwa akkademika. Ara liema informazzjoni tista’ tikkondividi ma’ nies ordinarji biex iżżid is-sensibilizzazjoni tagħhom dwar il-qasam tal-OSH.
- Uża materjal viżwali. Tista’ ttella’ l-kartelluni jew ir-ritratti tal-kampanja tiegħek.
- Interaġixxi mal-utenti. Wieġeb il-mistoqsijiet tagħhom.
- Facebook huwa network: Ibbenefika billi tikkollega l-paġna tiegħek ma’ paġni ta’ organizzazzjonijiet oħra.
Limitazzjonijiet:
Fil-bidu se jkollok tagħmel sforz akbar biex iżżid in-nies li jsegwu l-paġna tiegħek u se jkollok bżonn iżżomm il-paġna attiva b’materjal ġdid biex tinteraġġixxi ma’ dawn l-ammiraturi.