Sett ta’ għodod tal-kampanja

Instagram

Adattat għal:

It-tipi kollha ta’ organizzazzjonijiet.

X’inhu?

Instagram huwa pjattaforma tal-media soċjali li tippermetti lill-utenti li jtellgħu ritratti u filmati u jikkondividuhom ma’ gruppi magħżula ta’ segwaċi jew udjenza usa’.

Benefiċċji

  • Instagram huwa wieħed mill-pjattaformi tal-media soċjali l-aktar popolari u b’interazzjoni kbira għall-bini tal-komunità.
  • Huwa għodda b’saħħitha għall-promozzjoni tal-attivitajiet u l-kampanji tal-organizzazzjonijiet.
  • Dan jippermetti lill-organizzazzjonijiet li jikkomunikaw mal-udjenzi fil-mira tagħhom b’mod viżwalment attraenti u interattiv.

Meta għandek tużah?

• Biex turi online l-personalità tal-organizzazzjonijiet b’mod kreattiv. • Biex issaħħaħ il-preżenza fuq il-media soċjali. • Biex iżżid il-viżibbiltà ta’ messaġġi, elementi viżwali, avvenimenti u attivitajiet ewlenin. • Biex twessa’ l-udjenza ta’ organizzazzjoni u tattira pubbliku ġdid.

Kif toħloq preżenza fuq Instagram

Oħloq identifikatur tal-utent li jista’ jiġi relatat faċilment mal-organizzazzjoni, bħal @companyname. Tella’ l-logo tiegħek bħala stampa tal-profil, sabiex l-identità korporattiva tal-organizzazzjoni tiegħek tkun tista’ tiġi rikonoxxuta faċilment mill-utenti. Instagram huwa għodda tajba ħafna f’dak li għandu x’jaqsam mas-suġġeriment lill-utenti ta’ organizzazzjonijiet oħra li jappartjenu fl-istess qasam. Għalhekk, tejjeb l- u segwi kemm jista’ jkun organizzazzjonijiet marbuta mad-dinja tal-OSH. Fuq Instagram huwa possibbli li tippubblika tipi differenti ta’ kontenut: • Posts, li jistgħu jkunu ritratt wieħed, slideshow ta’ massimu ta’ 10 ritratti, vidjo jew taħlita ta’ ritratti u vidjos. Il-posts huma maħsuba biex jibqgħu b’mod permanenti fuq il-profili tal-organizzazzjonijiet. • Stories, jiġifieri posts vertikali li jisparixxu awtomatikament wara 24 siegħa iżda li jistgħu jiġu arkivjati fuq il-profili tal-organizzazzjonijiet fil-forma ta’ slideshow. • Reels, li huma vidjos vertikali ta’ bejn 15-il sekonda u 90 sekonda mmirati biex jipprovdu divertiment jew informazzjoni lill-udjenza.

Limitazzjonijiet

• Huwa meħtieġ li l-kont jinżamm attiv u li jkun hemm varjazzjoni fil-kontenut sabiex tinteraġixxi b’mod effettiv mas-segwaċi u ttejjeb l-algoritmu. • Is-suċċess tal-kontenut imtella’ mhuwiex garantit peress li jiddependi mill-algoritmi, il-livell ta’ interazzjoni, l-għadd ta’ segwaċi u l-effettività tal-hashtags. • Biex tippromwovi l-kontenut b’mod aktar effettiv, jaf ikun meħtieġ li tħallas għal xi karatteristiċi.

Kif tieħu dak kollu li tista’ mill-Instragram tiegħek

• L-istil tal-kitba tiegħek għandu jkun konversazzjonali, ċar u konċiż. • Tinteraġixxi mal-utenti u twieġeb il-mistoqsijiet tagħhom. • Tippubblika elementi viżwali li jolqtu l-għajn, sabiex tiġbed l-attenzjoni tal-utenti u xxerred messaġġi ewlenin. • Uża hashtags sinifikanti fil-posts tiegħek, f’konformità mal-kontenut.