YouTube
Adattat għal:
It-tipi kollha ta’ organizzazzjonijiet.
X’inhi?
YouTube huwa sit web għall-kondiviżjoni tal-vidjows li fih l-utenti jistgħu jtellgħu, jikkondividu u jaraw vidjows. YouTube juża t-teknoloġija ta’ Adobe Flash Video biex juri varjetà wiesgħa ta’ kontenut f’forma ta’ vidjow iġġenerat mill-utent, inklużi filmati, filmati tat-televiżjoni u vidjows mużikali, kif ukoll kontenut dilettantesk bħal blogging b’vidjows u vidjows oriġinali qosra.
Benefiċċji
- Grazzi għal YouTube jista’ jkollok il-filmati kollha tiegħek f’post wieħed.
- YouTube huwa wkoll pjattaforma interattiva, li jfisser li l-utenti jistgħu jħallu kummenti fuq il-filmati tiegħek.
Limitazzjonijiet
- Films ta’ kwalità tajba biss jiġbdu l-attenzjoni tal-utent ta’ YouTube.
Meta għandek tuża YouTube
- YouTube hija pjattaforma mill-aqwa biex ittella’ l-vidjos u l-kontenut virali tiegħek.
- Jekk għandek materjal ta’ kwalità tajba għandek tikkunsidra tpoġġih fuq YouTube.
Kif tista’ tintuża?
Tista’ toħloq kanal tal-organizzazzjoni tiegħek fuq YouTube jekk għandek biżżejjed films xi tpoġġi fuqu.
Kif timmarka l-vidjo tiegħek
Tinsiex tagħtih marka skont l-identità korporattiva tiegħek. Uża l-logo u l-kuluri tal-organizzazzjoni tiegħek.
Kunsiderazzjonijiet tal-kontenut
- Tista’ tuża films minn konferenzi, avvenimenti, seminars jew siltiet ta’ kampanji.
- Ara tirrekordjax intervista mad-direttur tal-kumpanija/ma’ speċjalista dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol tiegħek dwar il-kampanja u poġġiha fuq YouTube