Flickr
Adattat għal:
It-tipi kollha ta’ organizzazzjonijiet.
X’inhi?
Flickr huwa wieħed mill-ikbar applikazzjonijiet għall-immaniġġjar u l-kondiviżjoni tar-ritratti fid-dinja. Jgħin lill-individwi u lill-organizzazzjonijiet jagħmlu r-ritratti tagħhom faċilment disponibbli online. Jipprovdi wkoll diversi modi kif torganizza r-ritratti tiegħek. L-utenti rreġistrati jistgħu jtellgħu ritratti u vidjows fuq is-sit, kemm pubblikament kif ukoll privatament. Jekk ir-ritratti huma pubbliċi, kulħadd jista’ jfittixhom u jsibhom.
Benefiċċji
- Flickr jagħtik il-possibbiltà li tpoġġi r-ritratti kollha tiegħek f’post wieħed.
- Dawn ikunu faċilment aċċessibbli u pereżempju l-ġurnalisti jistgħu jniżżlu r-ritratti tiegħek mill-internet faċilment.
Limitazzjonijiet
- M’għandekx kontroll dirett fuq kif ir-ritratti tiegħek jistgħu jintużaw.
- L-aħjar li jintużaw biss għal materjal tal-kampanja addizzjonali/supplimentari.
Kif jista’ jintuża?
- Waqt kampanja fil-midja, jaf tkun tixtieq tagħmel għażla ta’ ritratti xierqa disponibbli u tibgħat il-links lill-ġurnalisti jew lil organizzazzjonijiet oħra.
- Skont id-drittijiet ta’ użu tar-ritratt (inti tista’ tiddetermina dan meta ttellagħhom) in-nies jistgħu jniżżluhom u jibagħtuhom. L-utenti għandhom ukoll il-possibbiltà li jikkummentaw dwar ir-ritratti tiegħek.
- Tista’ wkoll iżżid ir-ritratti tiegħek fi kwalunkwe “gruppi” rilevanti, u tikkondividihom ma’ membri oħra ta’ Flickr.