Sett ta’ għodod tal-kampanja

Taħriġ

Adattat għal:

It-tipi kollha ta’ organizzazzjonijiet.

Benefiċċji

  • It-taħriġ effettiv jista’ jinforma u jimmotiva lill-udjenza tiegħek sabiex tbiddel il-prattiki tax-xogħol u ttejjeb is-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.
  • It-taħriġ huwa għodda utli biex wieħed jeduka u jinforma dwar suġġett speċifiku tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol.
  • It-taħriġ huwa partikolarment utli biex il-multiplikaturi jiġu edukati dwar aspett partikolari tal-kampanja tiegħek.

Limitazzjonijiet

  • It-taħriġ huwa l-aktar effettiv fi gruppi iżgħar u għalhekk mhuwiex adattat għal udjenzi wiesgħa.
  • It-taħriġ professjonali jista’ wkoll jiswa ħafna flus.

Kif jista’ jintuża?

  • Pereżempju, organizzazzjoni tista’ twettaq taħriġ dwar kif persuna tevita li tiżloq, titfixkel jew taqa’ fuq il-post tax-xogħol.
  • L-objettiv ewlieni huwa li tiġi inkoraġġuta mġiba pożittiva b’rabta mas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, tiġi kondiviża l-informazzjoni u jittejbu l-prattiki tax-xogħol.
  • It-taħriġ jista’ jkollu element ta’ midja bħala parti minnu, iżda ġeneralment dan mhuwiex l-għan primarju tal-avveniment.

Kif tiżviluppa l-kors ta’ taħriġ

  • Aħseb sew dwar is-suġġett u kif l-aħjar li tinforma lill-udjenza tiegħek – hemm xi vidjos jew riżorsi disponibbli biex jgħinu jsaħħu l-messaġġ tiegħek?
  • Xi taħriġ (pereżempju dwar il-politika tal-kumpaniji) jista’ jitwettaq internament.
  • Taħriġ ieħor (pereżempju l-Ewwel Għajnuna) se jkun jeħtieġ l-għajnuna ta’ professjonist ikkwalifikat.