Avvenimenti għall-Partijiet Ikkonċernati
Adattat għal:
It-tipi kollha ta’ organizzazzjonijiet.
X’inhuma?
Avvenimenti, bħal diskussjonijiet madwar mejda, workshops u konferenzi li għandhom l-għan li jiġbru flimkien speċjalisti u partijiet ikkonċernati biex jiddiskutu kwistjoni. Pereżempju, il-leġiżlazzjoni attwali dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol jew theddid għas-sigurtà tal-ħaddiema bħal manutenzjoni sigura.
Benefiċċji
- Kull avveniment t’hawn fuq huwa opportunità tajba sabiex issaħħaħ il-kooperazzjoni mas-sħab tiegħek.
Kif jistgħu jintużaw?
- L-objettiv ewlieni tagħhom huwa li jiżviluppaw pożizzjonijiet komuni fost il-parteċipanti, li jikkondividu l-informazzjoni u l-aħjar prattika u għan-networking.
- Dawn jista’ jkollhom element tal-midja għalihom, iżda ġeneralment dan mhuwiex l-għan primarju tal-avveniment.
Limitazzjonijiet
- Normalment l-avvenimenti jkunu limitati għal grupp fil-mira wieħed u għalhekk jista’ jkun li ma jkunux adattati jekk tkun qed tipprova tilħaq udjenza usa’.
Diskussjonijiet madwar mejda u workshops
- L-iżgħar avvenimenti għandhom tendenza li jkunu diskussjonijiet madwar mejda u workshops. Huma wkoll l-aktar interattivi. Dawn għandhom l-għan li jiġbru flimkien numru limitat ta’ nies biex jiddiskutu kwistjoni u jippruvaw isibu bażi komuni.
- Dawn huma l-aktar xierqa meta tkun trid tikkondividi l-għarfien ma’ grupp żgħir ta’ nies (sa 50).
- Dawn il-formati jistgħu jintużaw qabel il-kampanja tiegħek biex tipprepara, tiżviluppa l-għodod tal-kampanja tiegħek, tiġbor flimkien lis-sħab, eċċ.
Seminars u avvenimenti ta’ taħriġ
- Eżempji ta’ avvenimenti kemxejn akbar jinkludu seminars u avvenimenti ta’ taħriġ. Dawn għandhom tendenza li jkollhom aspett aktar edukattiv.
- Għandu jkun hemm aġenda ċara jew messaġġ ċar li l-organizzatur jikkondividi mal-parteċipanti. Il-parteċipanti naturalment jirreaġixxu għall-messaġġ u jipprovdu kummenti, iżda dan mhuwiex l-istess proċess miftuħ bħal f’workshop.
- Dan jista’ jkun format tajjeb jekk tixtieq li tħarreġ multiplikaturi dwar aspett partikolari tal-kampanja tiegħek.
Konferenzi
- L-avvenimenti li potenzjalment jinvolvu l-akbar numru ta’ parteċipanti huma l-konferenzi.
- Dawn jistgħu jinkludu wkoll element ta’ komunikazzjoni tal-midja.
- Jistgħu wkoll ikunu miftuħa għall-pubbliku.