Kompetizzjonijiet
Adattat għal:
Organizzazzjonijiet medji sa kbar.
Kif jista’ jintuża?
Kompetizzjoni relatata mas-suġġetti tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OSH) tista’ taħdem simultanjament mal-kampanja tiegħek. Tista’ tkun kompetizzjoni ta’ ritratti jew vidjows jew kompetizzjoni dwar l-aqwa gadget tal-OSH.
Benefiċċji
- Il-kompetizzjoni tista’ tkun għodda mill-aqwa sabiex tappoġġa l-kampanja tiegħek u ssaħħaħ il-messaġġi ewlenin tiegħek.
- Grazzi għall-kompetizzjoni tista’ toħloq interess f’suġġetti relatati mal-OSH fost il-pubbliku ġenerali.
- Anke ż-żgħażagħ jistgħu jkunu interessati fis-suġġett. Matul il-Kompetizzjoni tar-Ritratti tal-EU-OSHA stess fl-2011 kważi elf persuna bagħtu r-ritratti tagħhom għal kunsiderazzjoni!
Limitazzjonijiet
- Din it-tip ta’ kompetizzjoni teħtieġ impenn intern minn organizzazzjoni:
- L-involviment ta’ udjenza wiesgħa
- Il-preparazzjoni tal-proċedura tal-għażla, eċċ.
- Barra minn hekk, jistgħu jkunu meħtieġa ħafna flus jekk tikkunsidra li toffri premju finanzjarju.
Min se’ jipparteċipa?
- Aħseb dwar l-udjenza fil-mira:
- Tixtieq tinvolvi lill-pubbliku ġenerali?
- Jew gruppi speċifiċi (eż. ħaddiema biss, żgħażagħ biss)
Kif tirreklama l-kompetizzjoni
- Aħseb kif se tilħaq lill-parteċipanti potenzjali: ikkunsidra l-użu tal-midja soċjali jekk se jkun involut il-pubbliku ġenerali.
- Oħloq paġna web dwar il-kompetizzjoni.
Kriterji biex wieħed jirbaħ
- Aħseb dwar il-kriterji preċiżi li l-parteċipanti jridu jissodisfaw sabiex jirbħu l-kompetizzjoni.
- Agħżel il-ġurija li se tivvaluta jekk il-parteċipanti jissodisfawx dawn il-kriterji:
- Ipprova involvi persuna magħrufa sew biex tkun parti minn dan il-panel eż. fotografu professjonali famuż fil-każ ta’ kompetizzjoni tar-ritratti.
Regoli u proċedura tal-għażla
- Ipprepara proċedura tal-għażla: jekk tmexxi sottosit iddedikat għall-kompetizzjoni tista’ ttella’ formola ta’ reġistrazzjoni hemmhekk.
- Kun żgur li r-regoli huma ċari u preċiżi u li l-formoli kollha ta’ reġistrazzjoni jinftiehmu.
- Jekk qed tistenna numru kbir ta’ parteċipanti, ikkunsidra li taqsam il-proċedura tal-għażla f’żewġ stadji:
- Preselezzjoni
- L-għażla finali.
Kronoloġija
- F’termini ta’ kronoloġija, organizza l-kompetizzjoni b’mod simultanju mal-kampanja.
- L-avveniment finali jista’ jkun marbut mal-avveniment tal-għeluq tal-kampanja.
Pubbliċità
- Involvi l-midja. Ipprovdilhom l-istampi (jekk hija kompetizzjoni tar-ritratti) jew materjal viżwali ieħor.
- Organizza intervisti mal-kompetituri jew mal-ġurija.