Avvenimenti ffukati fuq il-kontenut
Adattat għal:
It-tipi kollha ta’ organizzazzjonijiet.
X’inhuma?
Dawn l-avvenimenti jistgħu jkunu:
- Konferenzi u seminars
- Wirjiet kummerċjali/professjonali
- Wirjiet itinerarji promozzjonali
- Wirjiet lokali
- Wirjiet jew tnedijiet privati.
L-għan ewlieni ta’ dawn l-avvenimenti huwa li jippromwovu l-organizzazzjoni tiegħek b’mod ġenerali, jew wieħed mill-prodotti, għodod jew servizzi ġodda tal-organizzazzjoni. L-objettiv tagħhom huwa li jinfurmaw, sabiex ixerrdu l-informazzjoni.
Benefiċċji
- Okkażjoni mill-aqwa sabiex tikkomunika messaġġi ewlenin mal-grupp fil-mira tiegħek dwar il-kampanja u l-organizzazzjoni tiegħek.
- L-udjenzi f’dawn l-avvenimenti speċjalizzati diġà għandhom għarfien dwar is-Saħħa u Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol u għalhekk l-għan ta’ dawn il-laqgħat huwa li jibnu fuq dan l-għarfien b’informazzjoni u kontenut xierqa.
- Tista’ tikkomunika personalment u twieġeb il-mistoqsijiet tal-udjenza tiegħek fuq is-sit.
- Opportunità biex tiġbor kuntatti.
Limitazzjonijiet
- Normalment biex torganizza avveniment bħal dan, jinvolvi ħafna enerġija u ħin imma żgur li mhux se jiddispjaċik!
Kif tippjana l-avveniment
Ippjana b’attenzjoni:
- Aħseb dwar in-nies li se jkunu qed jattendu l-avveniment. Ikkunsidra l-ħtiġijiet tal-għarfien u l-informazzjoni tagħhom u pprepara l-kontenut tiegħek skont dan:
- Pereżempju, jekk qed torganizza seminar dwar l-aħħar leġiżlazzjoni, wieħed jista’ jassumi xi għarfien minn qabel. Minkejja dan, huwa dejjem utli li tagħti ftit informazzjoni qasira.
- Se jkollok spazju għall-materjali ta’ markar u informazzjoni?
- X’tistaʼ toffri lill-udjenza tiegħek biex tibqa’ tiftakar il-messaġġ tiegħek?
- Aħseb dwar persuna li tista’ tindirizza lill-udjenza dwar suġġetti marbuta mas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol:
- Tista’ tkun speċjalista jew kelliem mill-organizzazzjoni tiegħek.
- Żomm f’moħħok li għandha tkun persuna li tistaʼ twassal il-messaġġ tiegħek b’mod li jinftiehem faċilment.