Avvenimenti ta’ networking
Adattat għal:
It-tipi kollha ta’ organizzazzjonijiet.
X’inhi?
Din it-tip ta’ laqgħa tiġbor multiplikaturi ewlenin tal-kampanja, li permezz tagħhom jinxterdu l-messaġġi tal-kampanja. Il-laqgħat ta’ networking jistgħu jsiru fil-bidu tal-kampanja (jekk pereżempju tkun laqgħa ta’ tnedija) jew fl-aħħar tal-kampanja. L-objettiv ewlieni tagħhom huwa n-networking u l-kondiviżjoni tal-messaġġ tiegħek.
Benefiċċji
- Okkażjoni mill-aqwa sabiex tikkomunika messaġġi ewlenin mas-sħab tiegħek.
- Tista’ tikkomunika personalment u twieġeb il-mistoqsijiet tas-sħab tiegħek fuq il-post.
Limitazzjonijiet
- L-organizzazzjoni tista’ tieħu ħafna ħin (l-ippjanar tal-kontenut, l-istedina tas-sħab, il-preparazzjoni tal-post) u spejjeż.
Kif torganizza u tagħmel struttura tal-avveniment
- Agħżel il-ħin u l-post.
- Kun żgur li tistieden lill-parteċipanti kollha fil-ħin:
- Ibgħat nota “żomm id-data libera” biex il-parteċipanti jintalbu jżommu d-djarju tagħhom liberu.
- Imbagħad segwi bl-istedina sħiħa.
- Aħseb dwar il-kontenut:
- Kif u x’tixtieq tikkomunika lis-sħab tiegħek?
- Tixtieq torganizza lecture jew workshop?
- Ipprepara programm li se tibgħat flimkien mal-istedina.
- Ippreżenta l-għanijiet, l-istrateġija u l-għodod tal-kampanja.
- Ħalli lis-sħab tiegħek jagħmlu l-mistoqsijiet.