Sett ta’ għodod tal-kampanja

Vidjos

Adattat għal:

Organizzazzjonijiet akbar b’riżorsi finanzjarji akbar.

Dawn kif jistgħu jintużaw?

Il-vidjows jistgħu jintużaw bħala informazzjoni u materjal edukattiv li jitqassmu lill-istampa jew biex jintwerew lill-udjenza f’avvenimenti. Jistgħu jintwerew ukoll fl-istands tal-wirjiet.

Benefiċċji

  • Il-filmati viżwali għandhom is-setgħa li jiġbdu l-attenzjoni tan-nies u jsaħħu l-messaġġ tiegħek.
  • Jekk jinxterdu permezz tat-TV jew online, jistgħu jarawhom aktar nies u jiġu kondiviżi ma’ udjenza kbira.

Limitazzjonijiet

  • Il-produzzjoni tal-vidjos tista’ tinvolvi ħafna spejjeż, peress li se jkollok bżonn it-tagħmir u l-kompetenza xierqa biex tiġbed u teditja l-vidjos.

Struttura u kontenut

  • Ipprova għid storja. Tagħmilhiex monotona jew qisha priedka.
  • Ipprova aħseb dwar modi biex tippreżenta l-messaġġ tiegħek b’mod informattiv u immaġinattiv biex tiġbed l-attenzjoni tal-udjenza:
    • Tista’ turi l-rikostruzzjoni drammatika ta’ inċident. Dan jista’ jiġi kkompletat billi jintwerew il-passi li jridu jittieħdu biex jiġu evitati inċidenti bħal dawn.
    • Tista’ turi l-konsegwenzi ta’ mġiba irresponsabbli billi tinkludi vittmi li qed isofru minħabba nuqqas ta’ saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol tagħhom.
  • Kun prattiku: Uri l-prattiki tajbin u ħżiena.

Tul ta’ żmien ideali

Huwa aħjar li żżomm il-vidjo bejn 3-4 minuti twil biex iżżomm l-udjenza tiegħek interessata.

Distribuzzjoni

Agħmel il-vidjo disponibbli biex wieħed ikun jista’ jarah jew iniżżlu online.