Sett ta’ għodod tal-kampanja

Materjal pubbliċitarju

Adattat għal:

It-tipi kollha ta’ organizzazzjonijiet.

X’inhi?

  • Ir-reklamar dirett bil-posta huma mezz popolari biex jintlaħqu numri kbar ta’ individwi msemmija.
  • Tista’ tilħaq l-udjenza tiegħek permezz ta’ email jew bil-posta tradizzjonali.

Benefiċċji

  • Ir-reklamar dirett bil-posta jista’ jkun mod irħis u rapidu biex jilħaq il-grupp fil-mira tiegħek.

Limitazzjonijiet

  • Aħna lkoll ta’ kuljum nirċievu ammont kbir ta’ emails u ittri. Hemm riskju li l-posta tiegħek ma tiġix innutata jew saħanistra titqies bħala posta ta’ reklamar jew spam.

Distribuzzjoni tal-posta

  • Fuq il-post tax-xogħol tista’ tuża s-sistema interna tal-posta.
  • Jekk ma jkollokx il-bażi ta’ data tiegħek bl-ismijiet esterni, tista’ faċilment tixtri lista minn speċjalista tal-kummerċjalizzazzjoni jew tal-materjal ta’ reklamar dirett fir-reġjun tiegħek.
  • Sabiex timmira settur, assoċjazzjoni tal-kummerċ tista’ tħallik tuża l-lista ta’ indirizzi elettroniċi tagħha.
  • It-trade unions, l-assoċjazzjonijiet tal-impjegaturi, eċċ. jistgħu wkoll ikunu lesti li jinkludu l-informazzjoni tiegħek mal-materjal ta’ reklamar regolari tagħhom. Madankollu, iġbor kuntatti, business cards u ibni l-lista tiegħek ta’ indirizzi elettroniċi.
  • Indirizza l-ittra tiegħek lil individwu speċifiku.
  • Tinsiex taġġorna regolarment il-lista ta’ indirizzi elettroniċi tiegħek biex tevita sitwazzjoni bħal li tibgħat posta lil Direttur li m’għadux f’dik il-pożizzjoni.

Kontenut u tqassim ta’ dokument

  • Enfasizza sottomessaġġi ewlenin bil-korsiv jew b’subintestaturi. Jew aqsamhom f’punti biex tgħin lill-qarrejja jaraw l-ittra fuq fuq malajr.
  • Ir-riċerka wriet li n-nies kważi dejjem jaqraw l-PS f’ittra:
    • Uża din bħala s-“sejħa għall-azzjoni” tiegħek
    • Fakkar lill-qarrejja dak li tridhom jagħmlu, għaliex u meta.
  • It-titlu tiegħek għandu jinkorpora l-messaġġ ewlieni tiegħek jew il-propożizzjoni tal-“bejgħ”.