Sett ta’ għodod tal-kampanja

Preżentazzjonijiet bil-PowerPoint

Adattat għal:

It-tipi kollha ta’ organizzazzjonijiet.

X’inhi?

Preżentazzjonijiet imħejjija bil-programm ta’ software Microsoft PowerPoint. Dawn jista’ jkun fihom test, elementi viżwali, ħsejjes u films.

Benefiċċji

  • Utli u faċli sabiex wieħed jipproduċi b’mod intern.

Limitazzjonijiet

  • Jista’ ma jkollux l-istess impatt bħal, pereżempju, reklam fuq it-televiżjoni.

Kif tgħaqqad flimkien il-preżentazzjoni

  • Il-programm PowerPoint jipprovdilek mudelli lesti għall-preżentazzjoni, iżda jekk għandek il-possibbiltà pprova prepara l-mudell tiegħek stess skont il-linji gwida korporattivi/tal-kampanja.
  • Għal kampanja, għandek tiffoka l-preżentazzjoni fuq il-miri u l-messaġġi tagħha.
  • Ara li l-preżentazzjoni ma jkollhiex wisq kitba. Żomm bilanċ bejn test u stampi.
  • Ipprova inkludi xi animazzjonijiet u effetti viżwali biex iżżommha differenti u li tinvolvi lil dak li jkun.
  • Aktar ma tkun qasira, aktar aħjar: evita li jkollok ħafna slides.

Kif tuża l-preżentazzjoni

  • Uża l-preżentazzjoni tiegħek waqt avvenimenti miftuħa u tellagħha fuq is-sit web tiegħek.
  • Jistgħu jiġu stampati jew ippreżentati dak il-ħin waqt laqgħa jew konferenza.