Pubblikazzjonijiet xjentifiċi
Adattat għal:
It-tipi kollha ta’ organizzazzjonijiet.
X’inhi?
Pubblikazzjoni li tiffoka fuq suġġett xjentifiku partikolari (pereżempju, ir-riperkussjonijiet fuq is-saħħa tat-tipjip passiv). Tittratta s-suġġett b’mod aktar profond u ddettaljat minn, pereżempju, fuljett.
Benefiċċji
- Pubblikazzjoni tista’ tintuża għal ħafna skopijiet:
- Materjal ta’ distribuzzjoni u sfond għal għodod oħrajn.
- Stqarrija għall-istampa.
- Fuljett.
- Tista’ tqassmu waqt avvenimenti u fieri kif ukoll tagħmlu disponibbli online.
Limitazzjonijiet
- Minħabba n-natura xjentifika tagħha, normalment ma tkunx maħsuba għall-pubbliku ġenerali.
Kif tista’ tintuża?
- Din it-tip ta’ pubblikazzjoni tista’ sservi bħala sfond xjentifiku għall-kampanja tiegħek.
- Tista’ tuża d-data tagħha fi stqarrija għall-istampa, fuljett jew opuskulu.
Kif tipproduċi l-pubblikazzjoni
Itlob lil speċjalista dwar is-suġġett li għażilt tas-Saħħa u Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol biex jikteb pubblikazzjoni għalik. Għalkemm wieħed għandu jżomm f’moħħu li anke jekk huwa test “xjentifiku” jista’ jinqara minn persuni mhux speċjalisti. Allura t-test m’għandux jinkludi lingwaġġ akkademiku jew tekniku wisq.
Suġġerimenti tal-kontenut
- Uża ritratti biex turi d-data.
- Tinsiex l-aspett tal-identità korporattiva tiegħek.
Distribuzzjoni
- Uri l-pubblikazzjonijiet tiegħek waqt avvenimenti, konferenzi stampa u seminars.
- Ara li jkunu jistgħu jitniżżlu online.