Sett ta’ għodod tal-kampanja

Fuljett/opuskulu

Adattat għal:

It-tipi kollha ta’ organizzazzjonijiet.

Benefiċċji

  • Il-fuljetti huma utli biex jipprovdu informazzjoni li tibqa’ tajba għal tul ta’ żmien, pereżempju l-messaġġi ewlenin tal-kampanja tiegħek.
  • Tista’ tagħżel minn varjetà ta’ formati, tarrikkixxi t-testi bi stampi u tqassim li jolqot l-għajn.
  • Il-fuljetti jistgħu jitqassmu waqt fieri, avvenimenti u konferenzi stampa.
  • Dawn jistgħu jservu bħala materjal li tista’ tikkondividi mas-sħab kummerċjali tiegħek.

Limitazzjonijiet

  • Ladarba jiġi stampat, mhux faċli li taġġorna l-fuljett.
  • Dan ġeneralment huwa dokument li jkun fih informazzjoni ġenerali ħafna li tista’ ma tkunx ta’ interess għal udjenzi speċjalizzati u għal dawk li ilhom sħab għal żmien twil.

Disinn tal-Fuljett/Opuskulu

  • Il-fuljett/L-opuskulu għandu:
    • Ikun jolqot l-għajn
    • Uża sentenzi qosra u lingwa sempliċi.
  • Dejjem irrispetta l-identità viżwali li għażilt u żomm l-elementi ewlenin viżibbli: eż. il-messaġġ li trid twassal, logo u sit web.
  • Uża l-kuluri u t-tipografija korporattivi tiegħek fit-test u fil-viżwali. Dan se jgħin biex isaħħaħ is-sensibilizzazzjoni tal-organizzazzjoni tiegħek u jissottolinja l-konsistenza u l-professjonaliżmu tagħha.
  • Uża fajls ta’ riżoluzzjoni għolja u agħżel l-immaġni tiegħek b’attenzjoni.