Sett ta’ għodod tal-kampanja

Bullettin

Adattat għal:

It-tipi kollha ta’ organizzazzjonijiet.

Dan kif jista’ jintuża?

Il-bullettini huma mod utli biex in-nies jinżammu aġġornati regolarment b’informazzjoni importanti, pereżempju dwar it-tnedija ta’ kampanja u messaġġi ta’ kampanja. Il-bullettini jistgħu jiġu stampati jew maħruġa online.

Benefiċċji

  • Faċli biex jinxterdu (speċjalment permezz tal-email)
  • Jiżguraw li s-sħab jew il-gruppi fil-mira tiegħek jiġu aġġornati fuq bażi regolari.

Limitazzjonijiet

  • L-akbar problema hija li ta’ spiss issib biżżejjed stejjer biex timla aktar minn edizzjoni waħda
  • Li jkollok iż-żmien biex toħroġ kull ħarġa fil-ħin.

Kontenut u tqassim

  • Ipprova żomm l-istejjer tiegħek qosra u preċiżi.
  • Aqsam artikli twal b’subintestaturi biex iħajru aktar lil dak li jkun.
  • Agħti markar ċar lid-dokument biex in-nies ikunu jafu min kien l-awtur tiegħu.
  • Meta jkun bullettin stampat, ħeġġeġ lill-qarrejja biex jiftħuh billi tindika xi stejjer hemm fuq il-paġni l-oħra.
  • Uża didaskaliji mal-immaġnijiet biex tgħid u ssostni l-istorja ewlenija tiegħek:
    • Pereżempju, jekk ritratt juri prodott ġdid, tgħidx biss “il-prodott il-ġdid”. Minflok, ikteb xi ħaġa bħal “Il-prodott il-ġdid jista’ jnaqqas l-esponiment għat-tniġġis akustiku bi 15 %”.