Sett ta’ għodod tal-kampanja

Ritratti

Adattat għal:

It-tipi kollha ta’ organizzazzjonijiet.

Dawn kif jistgħu jintużaw?

Ir-ritratti jistgħu jintużaw f’materjal ta’ kummerċjalizzazzjoni, fuq sit web, u bħala żieda mal-istqarrijiet għall-istampa tiegħek u mal-artikli editorjali. Jistgħu jagħtu wkoll stampa tal-kampanja tiegħek u l-messaġġi tagħha.

Benefiċċji

  • Ritratt professjonali ta’ kwalità għolja jista’ jerġa’ jintuża għal skopijiet differenti.
  • Ritratti tajbin huma memorabbli, speċjalment fuq posters.
  • Xbihat impressjonanti użati sew jistgħu tassew isaħħu l-messaġġ tal-kampanja tiegħek.

Limitazzjonijiet

  • Jekk m’għandekx ritratti tiegħek stess, jaf ikollok tixtrihom, u dawn jaf jiswew ħafna flus.

Għażla ta’ immaġni

  • Kun żgur li għandek il-liċenzja tal-immaġni xierqa u d-drittijiet għall-użu tal-immaġni.
  • Kun żgur li l-immaġni li tagħżel issaħħaħ il-kampanja tiegħek, u ma tnaqqas xejn minnha.
  • Kun żgur li għandek ir-ritratti fid-daqs u l-format xierqa. Jekk qed tfittex li tirriproduċi r-ritratt tiegħek f’materjal stampat jew f’reklami fuq skala kbira, kun ċert li tuża r-riżoluzzjoni u d-daqs tal-immaġni xierqa.