Pubblikazzjonijiet


Id-diġitalizzazzjoni tax-xogħol: fatturi ta’ riskju psikosoċjali u mard muskoloskeletali relatat max-xogħol

Id-diġitalizzazzjoni tal-ekonomija biddlet in-natura tax-xogħol permezz tat-telexogħol, ix-xogħol fuq pjattaforma u x-xogħol mobbli bbażat fuq it-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT). Meta laqtitna l-pandemija tal-COVID-19, ħafna aktar Ewropej bdew jaħdmu mid-dar hekk kif ġew stabbiliti miżuri ta’ tbegħid soċjali.

Dan l-artiklu jirrieżamina l-impatt li d-diġilizzazzjoni qed ikollha fuq il-forza tax-xogħol tal-Ewropa u jħares lejn l-effett tagħha fuq fatturi ta’ riskju psikosoċjali (eż. tensjoni fuq il-post tax-xogħol, ammont ta’ xogħol u bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata) u fatturi ta' riskju fiżiku (eż. kompiti repetittivi, qagħdiet tal-ġisem) għal mard muskoloskeletali relatat max-xogħol. Jiddiskuti wkoll il-prevenzjoni ta’ tali mard u l-promozzjoni tas-saħħa u l-benesseri okkupazzjonali.